Lokali Parlament

Il-Prim Ministru ħa r-riedni f’idejh u tefa’ l-pajjiż il-baħar

  • Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech ddikjara fil-parlament li s-sitwazzjoni tal-pandemija COVID-19 llum ggravat minħabba li l-Prim Ministru Robert Abela ħa r-riedni f’idejh u tefa’ l-pajjiż il-baħar.

Meta tkellem wara stqarrija minerjali mid-Deputat prim Ministru Chris Fearne, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech sellem lill-ex deputat Nazzjonalista Fredrick Azzopardi; politiku li għalih il-politika kienet missjoni biex jagħmel il-ġid bla daqq ta’ trombi.

Dan hu mument straordinarju għad-dinja u għal Malta minħabba pandemija li ftit immaġinawha; pandemija li heżżet iċ-ċertezzi tas-soċjetà u nisslet inċertezza, biża’ u tbatija ta’ min kellu jitbiegħed mill-għeżież tiegħu. Dan filwaqt li nisslet niket ta’ min tilef lill-għeżież tiegħu; il-PN qatt ma reid jagħmel ballun politiku mill-pandemija. Għandna dover li niġbdu l-istess ħabel tal-awtoritajiet tas-saħħa waqt li nikkritikaw fejn naħsbu li jista’ jsir aħjar.

Hu sellem lill frontliners li baqgħu jaħdmu minkejja r-riskji fis-saħħa u f’osma oħra bħall-pulizija, wardens, pustiera, negozju, bankiera, għalliema, sewwieqa u tant oħrajn. Dawn taw sehemhom biex Mata baqgħet għaddejja minkejja l-problemi.

Il-Kap tal-PN kompla li hemm bżonn li nibżgħu għan-nies għaliex il-frontliners ma jistgħux ikunu abbużati għax ma jistgħux jinxtrawx. Ma jistax ikollna ekonomija b’saħħitha bla ma jkollna poplu b’saħħtu. Dan id-dibattitu qed isir fuq proposta tal-Oppożizzjoni.

Il-gvern hu obbligat li jserraħ ras il-poplu u jgħidlu l-verità. Hu sellem lill-vittmi li mietu u lil qrabathom li ġarrbu telfa; s’issa kellna 46 vittma. Il-PN appoġġa lill-awtoritajiet tas-saħħa għax tħallew jagħmlu xogħol bla indħil; il-pandemija trażżnet għax kienet strateġija tajba u rnexxiet.

Il-Kap tal-PN qal li wara l-Prim Ministru ħa r-riedni f’idejh u tefa’ lill-pajjiż il-baħar biex il-pajjiż illum jinsab f’din is-sitwazzjoni b’messaġġi kontrastranti. In-nies fehmu li setgħu jillaxkaw; intilef sajf li seta’ kien il-pedament ta’ żmien iktar trankwill.

Il-Prim Ministru jidher li ma tgħallimx mill-iżbalji tiegħu, sostna Bernard Grech, li kompla li fid-djar tal-anzjani għadu mhux magħruf is-sitwazzjoni u l-miżuri li suppost ittieħdu.

Hu kompla li ħadd ma refa’ responsabbiltà politika. Quddiem is-skiet tal-gvern il-PN waqqaf team dwar il-COVID-19; hemm bżonn iktar investiment biex isir contact tracing u jonqos il-backlog tas-swabbing. Kien ikun iktar għali kieku l-pajjiż kien iktar attent dwar ir-rapid testing.

Il-Kap tal-PN qal li importanti li jieqaf l-indħil tal-Prim Ministru; il-pajjiż ma jistax jiżbalja Il-pandemija għandha diversi riperkussjonijiet orħa fosthom fis-serenità tan-nies; kull settur hu fundamentali.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech għamel kuraġġ lill-ħaddiema tas-saħħa u sostna li l-PN se jkun il-vuċi u t-tarka tagħhom f’dawn l-isfidi kbar. Hu awgura li l-vaċċin jinstab malajr biex il-ħajja terġa’ lura għan-normal u appella biex il-poplu jikkopera mal-awtoritajiet tas-saħħa.

Id-deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri qal li l-pandemija refgħet rasha sew u s-sitwazzjoni hi waħda ta’ emerġenza fis-saħħa pubblika. Il-ħaddiema tas-saħħa qed jaħdmu taħt pressjoni kbira b’sodod mimlija u ostakli biex isiru diversi interventi mediċi. Hu appella biex tissejjaħ emerġenza għall-ġid tal-pajjiż biex il-pajjiż ma jasalx f’sitwazzjoni.

Id-deputat Nazzjonalista Claudio Grech qal li din sitwazzjoni allarmanti ħafna li qed toloq rabja għall-mod kif il-pajjiż wasal s’hawn. Hu kkwota l-uffiċjali mediċi fis-saħħa pubblika u staqsa jekk il-gvern tax każ dak kollu li dawn qalulu minn xhur ilu. L-uffiċjali qalu lill-gvern li seba’ xhur kien hemm sitwazzjoni diffiċli minħabba deċiżjonijiet irresponsabbli mill-politiċi. Id-deputat Nazzjonalista qal li dawn l-ispeċjalisti wissew ukoll lill-gvern dwar in-numri kbar ta’ infezzjonijiet u qalu li l-gvern falla quddiem din il-pandemija.

Id-deputat Nazzjonalista Clyde Puli sostna li l-gvern ma keinx preparat biex jiftaħ din is-sena skolastika għax emmen il-propoganda li l-mewġ qiegħed fil-baħar; stenna li l-problemi jissolvew weħidhom. Il-gvern webbes rasu u ma kkonsulta ma’ ħadd; ma ndirizzax l-isfidi partikolari tal-għaliema. Il-gvern m’ammettiex l-arroganza li qed tirrenja fis-settur edukattiv. L-istudenti qed ikollhom jattendu l-lezzjonijiet fl-art għax hemm diżorganizzazzjoni sħiħa f’dan is-settur.

Id-deputat Nazzjonalista Maria Deguara sostniet li hu veru li l-ekonomijja hi importanti iżda daqsekk ieħor veru li biex titkattar l-ekonomija jeħtieġ poplu b’saħħtu, immexxi bil-għaqal minn politiċi responsabbli u umli biżżejjed li jbaxxu rashom u jobdu l-pariri tal-awtoritajiet tas-saħħa u aktar importanti li ma jindaħlulhomx f’xogħlhom. Essenzjali ukoll li l-poplu ikompli jobdi kull parir mogħti lilu mill-vera esperti.

Id-deputat Nazzjonalista sostniet li l-anzjani fil-maġġoranza tagħhom obdew il-parir tal-awtoritajiet tas-saħħa anke jekk dan fisser li iżolaw ruħhom u nfirdu minn qrabathom u l-għeżież tagħhom. Batew kemm fiżikament kif ukoll mentalment, effetti li huma previsti li jibqgħu magħhom fit-tul.

Maria Deguara kompliet li l-anzjani illum preokkupati li kif seħħ f’pajjiżi ġirien jistgħu jiġu diskriminati minħabba l-età u ma jingħatawx aċċess għall-ITU aktar u aktar meta jafu li dawn is-soddod huma limitati. Inkwetati ukoll jisimgħu l-istqarrija tal-MUMN li tgħid li minkejja li għandna mal 100 sodda tal-ITU ma għandniex infermiera kwalifikati biex imexxuhom.

Id-deputat Nazzjonalista Chris Said qal li mietu 46 persuna li hi l-ogħla rata fl-Ewropa proporzjonalment u staqsa jekk dan hux inkwetanti għall-gvern; Malta l-aqwa fl-Ewropa f’aspett negattiv. Hu qal li nies b’sintomi ingħataw appuntament ġimgħa wara. Dwar il-contact tracing hu qal li ħadd mhu jċempel dwar ma’ min kellhom kuntatt; dan qed iseħħ kuljum. Il-pajjiż tilef ir-riedni, sostna Chris Said, li kompla li f’Għawdex in-numru ta’ testijiet hu baxxa, parti mill-anzjani ttieħdu f’lukanda u oħrajn tħallew fl-Isptar, pazjenti COVID jinsabu fl-istess swali. Hu staqsa fejn waslu d-diskussjonijiet ma’ Steward.

Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg qalet li d-deputati Laburisti ftit attendew għal dan id-dibattitu; fil-pajjiż hawn rabja għax il-gvern ma mexiex mal-evidenza xjentifika u għall-pariri tat-tobba iżda l-Prim Ministru webbes rasu.

Malta qed tiffaċċja l-isfida iżda l-kritika li qed issir għall-fatt li l-Prim Ministru ried imur bil-jott tiegħu. It-tobba kellhom raġun, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li staqsiet jekk hemmx dewmien biex ikunu identifikati cancera propju minħabba dewmien. Is-settur tas-saħħa tas-saħħa mentali hu milqut minħabba l-COVID-19 u l-gvern għandu jispjega jekk hux se jirrevdi l-istrateġija dwar dan is-settur.

Il-Viċi-Kap tal-PN Robert Arrigo qal l-gvern ma ħasibx biżżejjed għall-industrija tal-ospitabbiltà u sostna li l-gvern ma qal xejn ħlief l-ovvju fil-budget. Hu sostna li mhux it-turisti kollha għamlu t-testijiet u għalhekk ma kienx hemm is-sigurtà neċessarja. Il-pajjiż ma kienx ppreparat, sostna Robert Arrigo, li kompla li fl-Air Malta ma kienx hemm miżuri fil-budget ħlief għajnuna mill-istat; m’hemmx pjan għal wara. L-MTA m’għamlitx pjan, sostna Robert Arrigo.

Id-deputat Nazzjonalista Mario de Marco qal li l-budget kellu jollu miżuri straordinarja; il-gvern se jirreġistra l-ogħla deficit fl-istorja tal-pajjiż €1.2 biljun waqt li s-sena d-dieħla €750 miljun. Il-gvern keleu jassigura valur għall-flus ta’ kull proġett fosthom dwar Steward li qed jitħallsu €100 miljun kull sena. Hu staqsa dwar dan il-ftehim fejn il-Prim Ministru kien qal li qed jinvestiga dan il-kuntratt. Il-gvern qed jaħli dawn il-miljuni li seta’ jużhom biex jgħin lill-intrapriżi u lill-ħaddiema Maltin.

Id-deputat Nazzjonalista Robert Cutajar qal li l-gvern għandu jserraħ ras l-NGOS wara li kien hemm messaġġi konflinġenti dwar il-wage suppliment tal-COVID-19 minħabba li dan ma kienx se jingħata. Hu qal li l-gvern għandu jispjega jekk hux se jkunu estiżi l-ħlasijiet dovuti ta’ ċertu kirijiet li jħallsu l-NGOs. Robert Cutajar qal li fil-Mellieħa nhar is-sit il-klinika kienet magħluqa biex tingħata l-injezzjoni tal-influwenza.

Id-deputat Nazzjonalista Therese Comodini Cachia qal li fil-gvern hemm konfluża fil-messaġġi li qed jibgħat fis-settur kreattivi u kultura fejn hemm kosnegwenzi diżastrużi fuq artisti li qed jiddependu fuq il-wage suppliment. Daw huma messaġġi ambigwi fejn il-linji mhux qed jirriflettu l-ħtiġijiet tas-settur. Hi staqsiet dwar possibbiltà tal-linji gwida biex dawn jitfasslu b’mod li s-settur ikompli b’xogħlu.

Id-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami qal li l-gvern għamlu ftit u tard u kompla li l-fatti huma li l-każi ta’ persuni pożittivi qed jikber kuljum; total ta’ 1095 każ f’ġimgħa. Dan hu rekord tal-falliment għaliex il-gvner ma kienx preparat, a kienx jaf x’qed jagħmel, ma kellux pjan, l-anzjani ma kienx siguri, il-gvern ma kellu rispett lejn il-front liners, il-mekkaniżmi ma ħadmux, ma kienx hemm pjan għall-iskejjel u l-gvern ma żammx il-wiegħdi tiegħu. Il-pajjiż tilef 46 persuna iżda l-Prim Ministru jgħid li mhux inkwetat anki hu kuntent għax mietu 46 persuna biss. Hu staqsa jekk il-gvern hux se jippubblika l-istudju li minnu jirriżulta li fil-pajjiż kellhom imutu l-eluf kif qal il-Prim Ministru.

Id-deputat Nazzjonalista Kevin Cutajar qal li l-gvern baqa’ sieket dwar il-burokrazija tal-gvern hekk kif bdiet il-COVID-19 fil-konfront tal-propjetà u appella biex il-gvern jispeċifika jekk għandux pjan nazzjonali għall-iżvilupp. Hu staqsa dwar persuni b’diżabbiltà u l-anzjani u dwar x’għamel il-gvern dwar il-persuni vulnerabbli.

Id-deputat Nazzjonalista Toni Bezzina qal li l-poplu beża’ fil-bidu ida l-attitudni tal-gvern wasslet beix il-pajjiż mar il-baħar u n-numru tal-persuni infettati żdied bil-kbir. Il-PN għamel diversi proposti biex titnaqqas il-pandemija anki fit-trasport pubbliku. Hu appella biex il-ħlas tan-nol isir bil-card u mhux bil-flus, hemm ħtieġa ta’ hand sanitzers fil-karrozzi tal-linja, qed jitħallew passiġġieri bil-wieqfa flok jiżdiedu l-vjaġġi, mhux isir aġġustament fil-ħinijiet biex jiżdiedu l-frekwenza tal-vjaġġi, mhux isir rinforz neċessarju biex tinżamm distanza bejn il-passiġġieri u mhux isir isir infurzar fuq l-użu tal-maskra fil-karozzi tal-linja.

Id-deputat Nazzjonalista David Thake staqsa jekk mhux isir biżżejjed biex it-teleworking ikun inċentivat fejn se jkun hemm effetti fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma fuq il-familji. Hu qal li l-gvern mhux jieħu bis-serjetà l-iżvilupp esaġerat u l-gvern iddeċieda li jċaħħad lill-familji mill-Aħrax u l-Miżieb. Dan fiwlaqt li qed jitqaċċtu s-siġar bil-lejl kif sar f’Ħ’Attard. Id-deputat Nazzjonalista qal li l-mekkaniżmi fit-turiżmu kienu falliment u sostna t-tobba kienu mgħajjra negattivi.

Id-deputat Nazzjonalista Karl Gouder tkellem dwar il-contact tracing u qal li hemm diżastru minħabba dewmien kbir. Hu semma’ l-kunsilli lokali u qal li ilha ssir talba biex jerġgħu isiru l-laqgħat kif kien isir f’Marzu u f’April iżda dan għadu mhux isir. Dwar l-istaff tal-kunsilli lokali hu staqsa jekk jistax jdidaħħal it-teleworking. Hu tkellem ukoll dwar id-diffikultajiet biex tingħata l-injezzjoni tal-influwenza u staqsa jekk hemmx pjan dwar l-anzjani li jinsabu magħluqa fi djarhom.

Id-deputat Nazzjonalista Ryan Callus qal li l-anzjni huma nformati li fil-kliniċi ta’ Ħal Luqa u tas-Siġġiewi mhux qed tingħata l-injezzjoni tal-influwenza u dawn l-anzjani kellhom imorru fil-klinika ta’ Ħal Luqa b’konsegwenzi ta’ iffullar. Hu qal li l-persuni li mietu m’humiex statistika u kompla li fil-mument li l-Prim Ministru semma’ l-baħar, il-pajjiż mar il-baħar għax il-Prim Ministru ta iktar importanza lill-vaganza tiegħu. In-nies ma baqgħux jibżgħu; dan hu l-effett tal-politika ta’ Robert Abela li għażel li jpoġġi l-ekonomija l-ewwel. Din l-politika wasslet għal din is-sitwazzjoni diżastruża.

Id-deputat Nazzjonalista Adrian Delia qal li kien hemm qasma ċara bejn min ried il-kawtela, min ried il-populiżmu u min kien qed joqgħd fuq ix-xjenza. Malta kellha opportunità unika li rnexxielha tikkontrolla s-sitwazzjoni iżda l-politika partiġġjana ġibdet spag mod ieħor lejn l-interess tal-lobbies keonomiċi li ddettaw fuq il-gvern. Hu qal li l-PN ta l-appoġġ lill-awtoritajiet tas-saħħa u kien propożittiv b’numru ta’ proposti. Il-budget kien opportunità unika mitlufa biex l-ekonomija tkun trasformata li tinbena fuq poplu b’saħħtu.

Ritratt: Matthew Tabone

Id-deputat Nazzjonalista Herman Schiavone qal kien tajjeb li l-gvern ħareġ il-vouchers iżda lħaddiema jeħtieġu garanzija dwar ix-xogħol sigur tagħhom. Hu semma’ l-parent craft service offrut f’Mater Dei li minħabba l-COVID-19 qed jingħata online. Ġimgħa ilu dan is-servizz twaqqaf lill-2,500 membru li jieħdu dawn is-servizz biex il-qbiela jmorru fil-contract tracing centres. Hu staqsa meta dan is-servizz online se jerġa’ jibda jingħata.

Il-Viċi-Kap tal-PN David Agius staqsa jekk intalbax kumpens lill-Ministru tal-Finanzi għall-front liners u dwr in-nquqas ta’ infemiera fl-Isptar Mater Dei. Hu staqsa jekk hemm biżżejjed infermiera għall-ITU u staqsa kemm hemm ħaddiema li jirripsondu l-111. Ir-rapid test case ingħata b’direct order? Staqsa David Agius, li staqsa wkoll jekk iċ-ċitazzjonijiet dwar il-maskra hux qed jingħataw mil-lum u min hu awtorizzat li jagħti dawn iċ-ċitazzjonijiet.