Futbol Sport

Imut l-eks gowlkiper Franċiż Bruno Martini

L-eks gowlkiper internazzjonali ta’ Franza Bruno Martini miet fl-età 58 sena kawża ta’ attakk tal-qalb.

Martini lagħab 31 darba għal Franza u jibqa’ mfakkar għas-sehem tiegħu fil-Kampjonati Ewropej tal-1992 gejn fil-fażi tal-gruppi lagħab kontra l-Ingilterra, l-Iżvezja u d-Danimarka.

Hu kien ukoll il-kowċ tal-gowlkipers ta’ Franza bejn l-1999 u l-2010. F’dan il-perjodu, it-tim nazzjonali Franċiż rebaħ l-Euro 2000 u temm fit-tieni post fit-Tazza tad-Dinja tal-2006. Il-President tal-Federazzjoni tal-Fubtol Franċiża qal li Martini huwa parti mill-istorja tal-futbol Franċiż u li qatt mhu se jkun minsi