Lokali

Is-settur tal-arti minsi mill-Gvern

Isejħu għal laqgħa urġenti bħal-lum ġimgħa.

“Il-Gvern għadu ma għarafx l-importanza tal-kreattività għall-ekonomija Maltija.”

Kien dan kliem l-Assoċjazzjoni għall-Industrija tad-Divertiment u l-Arti (MEIA) fejn saħqet li l-industrija daqslikieku ġiet minsija mill-Gvern matul il-Budget 2021. Huma qed jitolbu biex il-Gvern jikkonsidra inċentivi b’nuqqas tar-rata tat-taxxa għall-artisti Maltin kif kien imwiegħed lilhom fil-manifest elettorali.

MEIA qalu li huwa pjuttost diżappuntanti li dan il-Budget se jkun qed joffri biss €1 miljun b’fondi meta l-artisti kollha jinsabu għaddejjin minn sfidi kbar.