Lokali

Isofri ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn vettura f’Birkirkara

Ambulanza - Ritratt mill-arkivji

Raġel mill-Marsa kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li ntlaqat minn vettura f’Birkirkara.

Il-każ seħħ fid-9.30 ta’ filgħodu fi Triq Brared meta mill-ewwel indikazzjonijiet il-vittma ta’ 57 sena ntlaqat minn vettura misjuqa minn raġel ta’ 73 sena minn Ħ’Attard.

Fil-post ġie msejjaħ tim mediku tal-ambulanzi li ħa lir-raġel l-isptar għal aktar kura fejn ġie ċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.