Sport Sport Ieħor

Jibdew jidħlu l-ewwel jottijiet

(RItratt: Rolex/Carlo Borlenghi)

It-Tnejn fit-tmienja ta’ filgħaxija fit-36 minuta u 27 sekonda daħal Malta l-ewwel yacht tal-41 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race.

Dan kien il-Maserati Multi-70 ta’ Giovanni Soldini li flimkien mal-crew magħmul minn Cédric Bader, Vittorio Bissaro, Lorenzo Bressani, John Elkann, Oliver Herrera Perez, Nico Malingri and Matteo Soldini daħlu kwarta qabel il-yacht MOD70 – Mana’ ta’ Riccardo Pavoncelli. Maserati Multi-70 għamel ir-rotta ta’ 608 mil nawtiku f’56 siegħa 26 minuta u 27 sekonda.

Fl-2016 l-istess yacht kien għamel ir-rotta f’ 49 siegħa 25 minuta u sekonda filwaqt li r-record assolut tar-Rolex Middle Sea Race jibqa dak miksub minn Rambler ta’ George David li fl-2007 għamel id-distanza f’47 siegħa 55 minuta u 3 sekondi.