Coronavirus Futbol Sport

“Ma nafx jirnexxilniex ntemmu l-kampjonat”- il-Ministru tal-Isport Taljan

(Ritratt: EPA)

Il-Ministru tal-Isport Taljan, Vincenzo Spadafora qal li ma jafx jekk il-kampjonat jintemmx filwaqt li qal li nhar il-Ġimgħa se jkun pubblikat protokoll ġdid dwar l-isport, protokoll li fih se jkun hemm aktar miżuri stretti fosthom l-użu tal-maskra u d-distanza soċjali waqt ċertu attivitajiet sportivi.

Spadafora kkumenta wkoll dwar il-plejer ta’ Juventus Cristiano Ronaldo li rrużulta pożittiv waqt li kien mal-Portugall. Il-Ministru li kien iebes fi kliemu żied jgħid li atleti bħal Ronaldo jaħsbu li għandhom regoli differenti minn ħaddieħor u li meta hu ħalla l-Italja kiser il-protokoll mediku.

Nhar il-Ħadd li għadda l-Prim Ministru Taljan ħabbar għadd ta’ miżuri ġodda biex tkun ikkontrollata l-pandemija tal-coronavirus li fl-aħħar jiem reġgħat għolliet rasha f’diversi pajjiżi. Illum fl-Italja kienu rreġistrati aktar minn 10,000 każ ġdid.