Hekk kif kulħadd kien mitluf isegwi l-Budget 2021, budget li jwiegħed li ser jkollna politika li tħaddar, fl-istess ħin u matul il-lejl sar il-massakkru ta’ siġar fil-qalba ta’ Ħ’Attard.
Ix-xogħol qed isir bħala parti mill-proġett kontroversjali tas-Central Link li sa issa inkluda t-tqaċċit ta’ għadd ta’ siġar maturi, fosthom taż-żebbuġ.
Fuq Facebook, il-Viċi Kap tal-PN David Agius fakkar kif fil-Budget il-Gvern ftaħar li se jkollna politika li tħaddar. Iżda fl-istess ħin u mal-lejl qaċċat u qered is-siġar f’Ħ’Attard.
Ara iktar dwar dan f’din il-link:
//= $special ?>