Futbol Sport

Rebħa faċli għal Gżira kontra Lija

(Ritratt: Joe Borg/MFA)

Jordi Farrugia

Lija…………………….0

Gżira…………………..3

Lija: L. Bonnici, C. Cassar, L. Muscat, D. Scerri, N. Micallef, F. Brandan (B. Antignolo 88’), M. Clinch, R. Dalli (G. Zammit 62’), R. Darmanin, J. Gill, V. Alhinho.

Gżira: A. Curmi, G. Mentz, S. Borg (C. Escobar 67’ ), N. Muscat, C. Borg (D. Xuereb 67’), H. Kone, J. Mendoza (A. Scicluna 83’), R. Correa (N. Portelli 83’), Sa. Borg, A. Samb, J. De Assis (O. Elouni 77’).

Referee: D. Portelli

Assistant referees: L. Portelli, J. Muscat

Gżira United kisbu t-tielet rebħa konsekuttiva meta għelbu lil Lija Athletic 3-0. It-tim imexxi minn Darren Abdilla kellu bidu tajjeb ufetaħ l-iskor wara biss seba’ minuti meta minn cross tajjeb minn fuq x-xellug, NIKOLAI MUSCAT ikkonkluda fil-baxx.

Fit-tieni taqsim Gżira komplew fuq l-ewwel taqsima u rdoppjaw fit-63 minuta meta minn cross tajjeb ta’ Correa, Samb laħaq qabel Bonnici biex xeħet ġewwa f’lasta vojta. Gżira setgħu għamluhom tlieta fis-70 minuta meta Gill waqqa’ lil Muscat fil-kaxxa iżda minn ħdax –il metru De Assis spara għoli.

Fit-78 minuta, Muscat ra x-xutt tiegħu jaħbat mal-wieqfa biex żewġ minuti biss wara Samb ra l-konklużjoni tiegħu taħbat mal-lasta, bil-ballun jispiċċa f’saqajn CORREA li mill-viċin ma żbaljax. B’din ir-rebħa Gżira telgħu b’għaxar punti filwaqt li għal Lija din kienet it-tielet telfa tal-istaġun.