Futbol Sport

Rebħa konvinċenti għal Santa Lucia

(Ritratt: Joe Borg/MFA)

Matthias Mizzi

Tarxien Rainbows……. 0

Santa Lucia………..2

Tarxien R.: D. Marcio, A. Do Nascimento, B. Muscat, D. Falzon (’57 M. Ciantar), M. Spiteri, V. Plut, J. Debono (’71 S. Kanyama), V. Conceicao, E. Rosado, K. Pulo (’71 L. Scibberas), M. Tabone (’25 L. De Oliveria).

St. Lucia. : A. Vella (’90 C. Farrugia), T. Tabone, F. Prates Rodrigues, K. Correia, W. Dos Santos (’67 M.Camilleri), A. Da Silva (’82 R. Camilleri), K. Ante, L. Prestes, J. Zerafa (’90 J. Vella Critien), R. Tachikawa, K. Xuereb.

Imwissija: ’21 K. Correia (STL), ’46 D. Falzon (TXR), ’65 J. Debono (TXR), ’74 E. Rosado (TXR), ‘76 B. Muscat (TXR)

Skorjaw:  TRX: OG ‘68 A. Do Nascimento STL: ‘39K. Ante,

Referee: Matthew De Gabriele

Assistenti Referees: Jurgen Spiteri & Duncan Spencer

Plejer tal-Logħba: Kevin Ante Rosero (STL)

F’konfront minn żewġ timijiet fin-naħa t’isfel tal-klassifika, St. Lucia ħarġu rebbieħa kontra Tarxien Rainbows 2-0. Minkejja l-iskor favur St. Lucia, it-Tarxiniżi għarfu jagħtu oppożizzjoni b’saħħitha iżda kienu sfortunati li jitilfu kontra l-ġirien. 

F’bidu għal kollox kwiet u mingħajr azzjonijiet perikolużi, l-ewwel azzjoni denja tal-logħba waslet mal-kwarta logħob hekk kif il-Brażiljan Luiz Pretes jara x-xutt tiegħu jiġi devjat għal corner. Wara goal imħassar għal offside fit-33 minuta, lejn l-aħħar tat-taqsima Santa Lucia jiftħu l-iskor permezz ta’ konklużjoni tajba minn KEVIN ANTE.

It-tieni taqsima kienet ikkaratterizzata mill-istess stil ta’ logħob fejn it-tieni gowl tal-partita wasal fi 68 minuta minn cross ta’ MICHAEL CAMILLERI ġie ddevjat mid-difensur Tarxiniż għal ġol-lasta. B’reazzjoni għal dan l-iżball, Tarxien tefgħu kollox fuq l-offensiva b’tama li jġibu goal ta’ konsolazzjoni li madankollu baqa’ ma wasalx. B’hekk Tarxien jibqgħu mingħajr rebħa wara l-ħames logħba tal-kampjonat.