Coronavirus Ekonomija Lokali

STĦARRIĠ EY: In-negozji jemmnu li l-Gvern mhux jindirizza l-pandemija b’mod tajjeb

Investituri imħassba dwar il-governanza u t-trasparenza politika

Hija cara t-tisbita fuq medda ta’ 3 xhur fir-risposti li taw l-investituri f’pajjiżna għall-mod kif il-Gvern tilef kwalunkwe kontroll fuq kif ha hsieb il-pandemija, bit-tweġibiet newtrali u negattivi jammontaw għal 74% ta’ dawk li wieġbu l-istħarriġ tad-ditta EY – stharrig li jsir kull sena.

Fi kliem semplici, 1 minn kull 4 biss jaħsbu li l-Gvern qed jimxi sew fil-pandemija.

Is-suvery juri wkoll li fuq medda ta’ 4 snin, pajjiżna naqqas 25% fil-livell ta’ kemm jattira investiment dirett barrani, filwaqt li fl-aħħar sena dawk l-investituri li qalu li pajjiżna mhuwiex attraenti għal dan l-investiment żdiedu għal 25% li wieġbu le; żieda ta’ 18% fuq medda t’4 snin.

Żdied ukoll b’6% il-kumpaniji li diġà joperaw f’pajjiżna li wieġbu li sa 10 snin oħra, ma jibqgħux joperaw minn pajjiżna. U 34% ta’ dawn il-kumpaniji ma jaħsbux jew huma ċerti li mhumiex se jfendu wara li tgħaddi l-pandemija.

In-negozji jesmmu wkoll il-problema ta’ governanza tajba…filwaqt li inkludew l-infurzar u t-tisħiħ tal-istituzzjonijiet bħala prijorità għal pajjiżna.