“Tinsinix dan il-Milied!” – Hija din it-tema tal-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ Children’s Dreams…kampanja li issa dahlet fit-8 edizzjoni taghha.
L-għan ta’ Children’s Dreams huwa sabiex il-poplu Malti jkun altruwist fi żmien ta’ ġenerożità bħall-Milied ma’ tfal vulnerabbli, b’din is-sena l-Maltin jistgħu jaqtgħu xewqet 1,921 tifel u tifla.
It-tħejjijiet għal din l-inizjattiva, minkejja l-Coronavirus, ilhom li bdew sabiex jitħares il-ħarsien soċjali ta’ dawn it-tfal li l-Milied għalihom qatt ma jkunu normali, anki bis-saħħa ta’ professjonisti li joħorġu ’l barra minn triqithom biex ikunu hemm għalihom.
Is-sabiħ ta’ din l-inizjattiva hija li kemm id-donatur kif ukoll it-tfal li qed jirċievi dawn ir-rigali ma jkunux jafu l-identità ta’ xulxin, li fiha jispikka l-valur li wieħed jagħti mingħajr ma jistenna xejn lura.
Arnas Lasys, iben Lina Pecorella, il-moħħ wara din l-inizjattiva f’Malta, tana aktar tagħrif dwar kif nibtet l-idea:
“Din l-idea oriġinat mil-Litwanja, fejn hemm proġett identiku li ilu għaddej għal ħafna aktar snin, u ommi ġietha l-idea li tintroduċi dan il-proġett f’pajjiżna, wara li smajna bosta stejjer ta’ tfal inqas xurtjati f’kundizzjonijiet simili għal dawk fil-Litwanja.”
Fost it-tfal li l-poplu Malti jista’ jaqtalhom xewqithom hemm tfajjel li għaddej minn trawma kbira wara li kien abbużat u qed jitlob ġugarell li jkun jista’ jilgħab bih, żvog li jgħinu joħroġ mit-trawma.
Tifla oħra, bint vittma ta’ vjolenza domestika, tixtieq li għal dan il-Milied ikollha tibdila ġdida sabiex ma tkunx ta’ piż għal ommha.
Wieħed jista’ jaċċessa l-website childrendreams.org sabiex joffri l-offerta u jikkuntenta lil dawn it-tfal dan il-Milied.
//= $special ?>