Coronavirus Sport Sport Ieħor

Żewġ każi ġodda ta’ coronavirus fil-Giro d’Italia, wieħed mill-każijiet kellu l-virus f’Marzu

Fl-aħħar sigħat tħabbar li żewġ ċiklisti fil-Giro d’Italia rriżultaw pożittiv għall-coronavirus b’wieħed miċ-ċiklist jkun Fernando Gaviria li diġa kellu l-virus f’Marzu li għadda. Gaviria li huwa membru tat-tim UAE Emirates huwa asintomatiku u tpoġġa f’iżolament.

Hu se jkun qiegħed jitlef il-bqija tal-Giro d’Italia filwaqt li l-kumplament tat-tim tiegħu rriżulta negattiv. Il-każ l-ieħor jitratta membru ta’ tat-tim ta’ AG2R-La Mondiale.

Intant l-Isloven Jan Tratnik rebaħ is-16 -il stadju tal-Giro d’Italia li sar illum segwit minn Ben O’Connor u sieħbu fit-tim Enrico Battaglin hekk kif issa dan it-Tour jidħol fl-aħħar fażi tiegħu b’Joao Almeida jżomm il-flokk ir-roża

Primoz Roglic rebaħ l-ewwel stadju ta’ La Vuelta fejn kien segwit minn Richard Carapaz u Dan Martin. Chris Froome jidher li se jsiba diffiċli li jirritorna fil-forma li kien qabel hekk kif il-prestazzjoni tiegħu ma kinitx waħda tajba fl-ewwel stadju.