Permezz ta’ stqarrija ġie mħabbar li kull vjaġġatur li jiġi minn xi pajjiż elenkat fil-lista riveduta ta’ pajjiżi indikata hawn taħt għandu jipprovdi riżultat ta’ test negattiv tal-Covid magħmul mhux aktar minn tnejn u sebgħin (72) siegħa qabel il-wasla tiegħu f’Malta.
Vjaġġaturi ġejjin f’Malta minn xi wieħed fost dawn il-pajjiżi li jonqsu milli jipproduċu dan it-test, jistgħu jkunu sottomessi għall-ittestjar f’Malta u jistgħu jkunu soġġetti għall-kwarantina.
Il-lista tal-pajjiżi hija din:
L-Awstrija
Il-Belġju (l-ajruporti kollha)
Il-Bulgarija
Franza (l-ajruporti kollha ta’ Pariġi u ta’ Marsilja)
L-Irlanda
L-Olanda (l-ajruporti kollha)
Il-Polonja (Gdansk u Krakow)
Il-Portugall (Porto)
Ir-Renju Unit (Belfast, Cardiff, Leeds, Liverpool, Manchester, Newcastle)
Ir-Repubblika Ċeka
Spanja (l-ajruporti ta’ Madrid, ta’ Barċellona u ta’ Girona)
L-Iżvizerra
It-Tuneżija
L-Ungerija
Dan l-avviż dwar il-lista riveduta ta’ pajjiżi ser jidħol fis-seħħ nhar il-Ġimgħa, 23 ta’ Ottubru 2020 f’nofsillejl.
//= $special ?>