Futbol Sport

Bayern Munich jumiljaw lil Atletico Madrid

(Ritratt: EPA)

Fi Grupp A, Bayern Munich umiljaw lil Atletico Madrid 4-0. Il-Ġermaniżi fetħu l-iskor wara nofsiegħa logħob permezz ta’ Kingsley COMAN, u rdoppjaw għaxar minuti wara minn gowl ta’ Leon GORETZKA. Fis-66 minuta, Bayern komplew id-dominju tal-partita b’xutt mill-isbaħ minn barra l-kaxxa ta’ Corentin TOLISSO. Sitt minuti wara, COMAN għamel id-doppjetta u kabbar id-distakk għal-erbgħa.

Liverpool kellhom rebħa minima kontra Ajax fi Grupp D, bil-gowl deċiviż wasal fil-35 minuta minn awtogowl ta’ Nicolas TAGLIAFICO. Fl-istess grupp, Atalanta bdew it-tieni staġun tagħhom fiċ-Champions League b’rebħa komda ta’ 4-0 fuq Midtjylland. Tista’ tgħid li huma għalqu l-logħba fl-ewwel taqsima hekk kif permezz ta’ Duvan ZAPATA, Alejandro GOMEZ u Luis MURIEL kienu diġa 3-0 minn fuq. Aleksey MIRANCHUK poġġa ismu mall-iskorers fl-aħħar minuti tal-partita.

Manchester City għelbu lil Porto 3-1 fi Grupp C. Porto fetħu l-iskor wara kwarta logħob minn gowl personali ta’ Luis DIAZ. L-Ingliżi ngħataw penalty sitt minuti wara, fejn Sergio AGUERO ma żbaljax. City komplew ikabbru l-vantaġġ fit-tieni taqsima minn gowls ta’ Ilkay GUNDOGAN u Ferran TORRES. Fil-partita l-oħra tal-grupp, Ahmed HASSAN KOKA ddeċieda l-partita għal Olympiacos b’gowl fid-90 minuta kontra Marseille.

Fi Grupp B, Inter kienu miżmuma fi dro ta’ 2-2 minn Borussia Moenchengladbach. Romelu LUKAKU poġġa lit-Taljani fil-vantaġġ wara 49 minuta. Kwarta wara, l-Ġermaniżi rebħu penalty u Ramy BENSEBAINI ma falliex. Fl-84 minuta, Inter marru minn taħt b’gowl ta’ Jonas HOFMANN. Inter derhu destinati għat-telfa, iżda fl-aħħar sekondi tal-partita kienu Romelu LUKAKU li rebbaħ punt lil Inter.

UEFA CHAMPIONS LEAGUE

ILLUM: Salzburg v L. Moskow 2-2, Real Madrid v Shakhtar 2-3, B. Munich v A. Madrid 4-0, Olympiakos v Marseille 1-0, Inter v B. Monchengladbach 2-2, Ajax v Liverpool 0-1, Midtjylland v Atalanta 0-4, Man. City v Porto 3-1