Sport Sport Ieħor

Ben O’Connor jirbaħ is-17-il stadju tal-Giro d’Italia

(Ritratt: EPA)

Is-17-il stadju tal-Giro d’Italia ntrebaħ minn Ben O’Connor ta’ NTT Pro Cycling, biex b’hekk rebaħ l-ewwel stadju tiegħu f’din il-kompetizzjoni. It-trakka tal-lum kienet twila 203 kilometru f’Madonna di Campiglio.

Fit-tieni post daħal Hermann Pernsteiner ta’ McLaren segwit minn Thomas De Gendt ta’ Soudal. Fil-klassifika ġenerali, Joao Almeida jżomm postu fuq quddiem b’vantaġġ ta’ 17-il sekonda fuq Wilco Kelderman.

It-18-il stadju fuq distanza ta’ 207 kilometru se jkompli għada minn Pinzolo sa Laghi di Cancano. Sfortunatament, ir-rotta tas-Sibt kellha tinbidel minħabba r-restrizzjonijiet tal-pandemija tal-coronavirus ġewwa Franza.