“Meta tiġi għas-settur tas-saħħa… li huwa pilastru… jekk dak il-pilastru ma jżommx sew, anke l-ekonomija tiġġarraf, tista’ tgħid li ma sar xejn.“
Kienet din id-dikjarazzjoni tal-President tal-Union tal-Infermiera u l-Qwiebel Paul Pace meta kien qed jieħu sehem f’diskussjoni dwar il-miżuri mħabbra fil-Budget.
F’intervista waqt il-programm NETLIVE, Paul Pace qal li fil-Budget smajna bi proġetti kapitali li jissemmew sena wara u sena…. u li s’sissa għadhom qatt ma nbdew. Għalhekk wieħed jista’ jgħid li dan il-Budget m’hu xejn ħlief ripetizzjoni tal-Budget li għadda.
Il-President tal-MUMN qal li Malta huwa l-uniku pajjiż li ma ta ebda rikonoxximent lill-frontliners. Huwa saħaq li din kienet daqqa ta’ ħarta għalihom għax il-Gvern ta’ pajjizna kien reattiv f’dan ir-rigward.
Pace wera wkoll it-tħassib tiegħu dwar in-nuqqas ta’ infermiera li hemm fl-Isptar Mater Dei kif ukoll dwar il-fatt li s-sodod fit-Taqsima tal-Kura Intensiva qed jimtlew.
“Jien l-inkwiet li għandi, ghax naf sakemm nistgħu naslu Mater Dei… aħna preparati… preparati għal ċertu numru… kif dak in-numru jinqabeż, il-morda se jbatu, l-infermiera u l-front liners. U l-biżgħa tagħna hi li jinqabeż dan il-famuż numru.“
Paul Pace qal huwa inkwetanti li ta’ kuljum pajjiżna qed jirreġistra numri kbar ta’ każijiet ġodda ta’ COVID-19.
“Meta jgħolew in-numri, iċ-chances li n-nies jidħlu iktar l-isptar huma ikbar, iċ-chances li xi ħadd imut huwa ikbar ukoll. U hawnhekk fil-budget rajt li ma saritx riferenza għaliha… jekk ikollok kollass fis-saħħa jkollok ekonomija li tiġġarraf mas-saħħa.“
Il-President tal-MUMN qal li qatt ma jixtieq li Malta tispiċċa fl-istess sitwazzjoni li kienet spiċċat fiha l-Italja fl-ewwl mewġa ta’ din il-pandemija. Għalhekk huwa apella lill-poplu biex joqgħod kawt u jieħu din il-pandemija bis-serjetà.
//= $special ?>