Lokali

Ċiklist jittajjar fi Triq l-Imdina

Għall-ħabta tas-6.15am ċiklist spiċċa vittma ta’ inċident fi Triq l-Imdina Ħaż-Żebbuġ.

Fl-ewwel reazzjoni li tawna l-pulizija qalulna li ċ-ċiklist ma sofra l-ebda ġrieħi apparti xokk kbir, u infatti għalhekk issejħet ambulanza biex tkun tista’ tgħin liċ-ċiklist u kif ukoll lix-xufier tal-karozza.

Minħabba dan l-inċident inħoloq ammont imdaqqas ta’ traffiku fl-inħawi.

Il-pulizija li tkellmu magħna qalu lill-pubbliku li f’kull ħin tal-ġurnata irridu nkunu prudenti, u nagħmlu minn kollox biex nevitaw li noħolqu xi forma ta’ periklu fit-toroq Maltin.