Futbol Sport

Draw ta’ mingħajr gowls bejn Żejtun u Balzan

(Ritratt: Dominic Aqulina)

Jordi Farrugia

Żejtun……………………..0

Balzan…………………….0

Żejtun: C. Cassar, D. Albanese, L. Gama, D. Agius (J. Suda 90’), D. Reid (A. Carabott 76’), M. Muniz, C. Grech, J. Gomes (G. Bugeja 88’), R. Faria, N. Tabone, A. De Barros

Balzan: S. Mintoff, A. Loof, S. Arab, P. Fenech, L. Mc Woods (S. Cipriott 90’), S. Pisani, M. Johnson, U. Ljubomirac (S. Bezzina 90’), S. Jalu, W. Gomes (A. Effiong 85’), M. Kamara

Referee: F. Zammit

Assistent referees: M. Scerri, G. Tonna

F’partita aggressiva, Żejtun rnexxielhom iżommu lil Balzan fi draw ta’ mingħajr gowls minkejja li laħbu l-aħħar għaxar minuti bi plejer anqas. Wara tlettax-il minuta tasal l-ewwel azzjoni perikoluża meta Cassar kellu jdawwar ix-xutt fil-baxx ta’ Jalu. Fl-20 minuta, Balzan għal darb’oħra perikolużi meta minn corner ta’ Steven Pisani, Kamara għola waħda fil-kaxxa bid-daqqa ta’ ras tiegħu tgħaddi barra.

Fis-27 minuta l-freekick ta’ Steven Pisani minn bara l-kaxxa ħabat mal-wieqfa. Żejtun resqu għall-ewwel darba qrib il-lasti ta’ Mintoff fil-31 minuta meta l-konklużjoni ta’ Tabone għaddiet ftit barra. Fi tmiem l-ewwel taqsima, Balzan kellhom opportunità oħra tajba li jiftħu l-iskor meta minn cross McWoods, Pisani minn pożizzjoni tajba xeħet għoli.

Żejtun ħarġu xi ftit aħjar mill-avversarji fit-tieni taqsima u fl-54 minuta resqu viċin ferm li jiftħu l-iskor meta minn cross ta’ Agius l-ballun spiċċa f’saqajn Reid fejn wara konfużjoni fil-kaxxa rnexxielu jikkonkludi b’diffikultà bil-ballun ikun salvat minn Mintoff.

Żejtun temmew il-partita bi plejer anqas meta fit-78 minuta, Marcelo Muniz ntwera’ t-tieni karta safra wara li deher imiss il-ballun b’idu u waqqaf azzjoni perikoluża ta’ Balzan.Balzan ukoll temmew il-partita b’għaxar meta fid-90 minuta Kamara ntwera’ t-tieni safra wara daħla kerha fuq Agius.