Futbol Sport

Floriana jirritornaw għar-rebħ

Matteo Grima

FLORIANA……….1

SENGLEA A……….0

Floriana: J.Spiteri, E.Ruiz, D.Venancio, N.Leone (64’ M.Dias), K.Keqi, B.Paiber, J.Pisani (C), A.Cini, F.Cheveresan ( 81’ E.Arab), R.Camenzuli, T.Fonseca.

Senglea A.: M.Farrugia (C), N.Terzin, Z.Cassar, A.Abela, K.Atkinson, I.Misan, J.Tanti, C. Riascos (79’ F. Aboulezz), C.Matombo, D.Kukic, W.Gomes (88’ J.Attard).

Imwissija: A.Abela (S), C.Matombo (S), C.Riascos (S)

Skorjaw: T.Fonseca (F)

Referee: Ishmael Barbara

Assistenti Referees: Duncan Sultana, Mitchell Scerri

Floriana irritornaw għar-rebħ b’gowl uniku ta’ Fonseca wara seba’ minuti logħob. Minkejja li Senglea ħarġu bla punti minn din il-partita, żgur li kien ħaqqhom aħjar hekk kif għal ħinijiet twal kienu huma l-aqwa tim fil-grawnd.

Kmieni fil-partita, Floriana marru fil-vantaġġ fl-ewwel azzjoni tagħhom meta Venancio qassam fit-tul lil THIAGO FONSECA li kkontrolla tajjeb u kkonkluda biex fetaħ l-iskor.

Ftit wara, Floriana kienu viċin li jagħmluhom tnejn meta minn free kick dirett minn distanza notevoli ta’ Venancio kien stampat mal-wieqfa.

Man-nofsiegħa logħob, xutt devjat ta’ Atkinson minn tarf il-kaxxa għadda viċin tal-lasti ta’ Spiteri. Senglea baqgħu jippruvaw u żewġ minuti wara kross tajjeb mix-xellug ta’ Cassar sab lil Atkinson li minn quddiem il-lasta tefa’ barra.

Fil-bidu tat-tieni taqsima, Gomes irċieva fil-kaxxa u x-xutt tiegħu kien salvat f’żewġ tentattivi minn Spiteri. Mas-siegħa logħob Atkinson ħarab bil-kontra attakk u qassam lejn Riascos, b’dan tal-aħħar jixxutja kompletament ħażin.

Tmien minuti wara, Floriana reġgħu pruvaw permezz ta’ free kick ta’ Venancio, iżda spiċċa salvat faċilment minn Farruġia. Fit-72 minuta, Dias qabeż diversi plejers fuq il-lemin, iżda quddiem il-gowler żbalja milli jsib isib ix-xibka.

Fl-aħħar ħames minuti tal-partita’, Antkinson b’ġirja veloċi qabeż lil Spiteri, bix-xutt tiegħu lejn lasta vojta kien maqlugħ minn fuq il-linja minn Camenzuli.