Futbol Sport

Il-Gudjani jilħqu lill-Wanderers

(Ritratt: Domenic Aquilina)

Luke Micallef

SLIEMA WANDERERS………….. 1

GUDJA UNITED…………………. 2

Sliema: J. Galea, J. Mintoff (D. Vukovic 26’), M. Scerri, G. Da Silva Ribeiro (D. Holla 14’), J. Cisotti, R. Kisil (E. Agius 82’), G. Aquilina (R. Kakinuma 46’), O. Bethancourt, J. P. Farrugia, A. Da Rocha (K. Shaw 82’), M. Beerman

Gudja: G. Zammit, Y. Messias, A. Friggieri (T. Gusman 82’), L. Cremona, G. Mensah, I. Gonzalez Benac, N. Micallef, A. Caseres (J. Brincat 70’), G. Adamovic (J. Farrugia 46’), J. Bolanos, D. Camilleri

Imwissija: A. Da Rocha 3’ (S), M. Scerri 61’ (S), Y. Messias 80’ (G), J. Cisotti 81’ (S), M. Beerman 90’ (S)

Skorjaw: J. P. Farrugia 38’ (S), Y. Messias 45+2’ (G), A. Friggieri 50’ (G)

Referee: Darryl Agius

Assistenti Referees: Thomas Debono, James Muscat

In-Nazzjon Plejer tal-logħba: Yuri Messias (Gudja United)

BOV Plejer tal-logħba: Yuri Messias (Gudja United)

Fl-aħħar inkontru bejn dawn iż-żewġ timijiet lura fi Frar li għadda kienu Gudja li ħarġu fuq in-naħa rebbieħa bl-iskor ta’ 1-0. Fil-partita tal-bieraħ Gudja reġgħu ħarġu rebbieħa u bit-tliet punti bl-iskor ta’ 2-1. Gudja b’hekk laħqu lis-Slimiżi fil-klassifika tal-Kampjonat Premier b’10 punti.

Fl-ewwel nofs siegħa tal-partita it-tim ta’ Gudja kellu ftit aktar mil-logħob bi tliet azzjonijiet fit-8, 18 u 25 minuta. Fl-ewwel azzjoni Augusto Caseres dar ma’ difensur ta’ Sliema bix-xutt tiegħu minn ġol-kaxxa jittajjar minn Jake Galea. Għaxar minuti wara Dale Camilleri għadda ballun lil Aidan Jake Friggieri li jixxuttja għoli. Filwaqt li fil-25 minuta Yuri Messias ra x-xutt tiegħu jintmess bi żbrixx mill-gowler bil-ballun spiċċa f’korner. Fl-ewwel azzjoni denja ta’ nota min-naħa Slimiża, Danny Holla ra x-xutt tiegħu mtajjar minn Glenn Zammit bil-ballun jistampa mal-lasta, jiġi f’saqajn JEAN PAUL FARRUGIA li tefa’ wara Zammit u fetaħ l-iskor. Fil-ħin mogħti żejjed tal-ewwel taqsima l-Gudja ngħataw penalty wara li Augusto Caseres twaqqa’ fil-kaxxa mid-difensuri Slimiżi. Il-penalty ingħata minn YURI MESSIAS li b’xutt fil-baxx għeleb lil Galea bit-timijiet daħlu jistrieħu fi dro’ ta’ 1-1.

Wara ħames minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, il-Gudjani marru minn fuq. Messias avvanza bil-ballun u waħdu quddiem il-gowler tefa’ barra. Ftit sekondi wara minn rebound, il-ballun waqa’ f’saqajn AIDAN JAKE FRIGGIERI li b’xutt mill-viċin għeleb lil Galea, bl-isforzi tad-difensuri Slimiżi li jaqilgħu l-ballun minn fuq il-linja ma jwasslu għall-ebda riżultat mixtieq minnhom. Fl-aħħar kwarta l-Wanderers żiedu ftit il-pressjoni tagħhom, iżda l-Gudjani għalqu sew u kkontrollaw il-logħba sat-tisfira finali.