“Żgur m’hemm kritika għaliex żgur m’hemmx x’tikkritika.”
Hekk saħaq il-Ministru Michael Falzon meta ddeskriva l-Budget … f’konferenza tal-aħbarijiet l-Erbgħa filgħodu. Iżda meta mistoqsi kif il-Gvern ma raħħasx il-kontijiet tad-dawl u l-ilma fi żmien ta’ pandemija, huwa wiegeb b’dan il-mod…
“Forsi nfakkar ftit il-memorja li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma raħħsu.”
Iżda minn dak iż-żmien ’l hawn laħħqu raħħsu l-kontijiet internazzjonali tal-enerġija iżda dan ma kienx rifless fil-kontijiet eżistenti:
“Triq tara l-prassi li hemm. Il-kontijiet tad-dawl u l-ilma huma bbażati fuq prezzijiet internazzjonali.”
Wiehed irid ifakkar li matul din is-sena, il-prezzijiet internazzjonali tal-enerġija niżlu fl-anqas livelli kawża tal-kriżi tal-pandemija u dan ma kienx rifless fil-kontijiet tal-familji u n-negozji.
Dan apparti il-fatt li f’ġimgħa li l-Gvern naqqas iż-żieda lill-pensjonanti b’€2, kif ukoll naqqas iż-żieda għall-għoli tal-ħajja bin-nofs, għal €1.75, Michael Falzon qal li kien budget xellugi:
“U m’hemmx xejn ħażin għal min qal li huwa budget xellugi. (…) Dan il-Partit, dan il-Gvern bħala riżultat tal-Partit m’huwa xejn ħlief ix-showcase ta’ min verament jemmen fil-ġustizzja soċjali.”
Intant f’din il-konferenza ħareġ kif wara kważi 8 snin fil-Gvern, kien biss issa li l-Partit Laburista ta żieda ta’ madwar €50/€70 fis-sena fiċ-children’s allowances wara pressjoni mill-Oppożizzjoni u l-unions.
“Kien hemm familji li kienu ilhom ma jaraw żieda fiċ-children’s allowance qabel is-sena li għaddiet 11-il sena.”
U għalhekk ammetta li kienu Gvernijiet Nazzjonalisti li l-aħħar li taw iż-żidiet fiċ-children’s allowances, Michael Falzon qal li dan hu monument tal-Labour.
//= $special ?>