Sport Sport Ieħor

Il-President tal-Malta Billiards & Snooker Association is-Sur Frans Buġeja mhux ser jerġa jikkontesta għall-kariga

Wara parir professjonali mediku, il-President tal-Malta Billiards & Snooker Assocoiation is-Sur Frans Buġeja, wara aktar minn 50 sena ta’ servizz lil din l-assoċjazzjoni, mhux ser jerġa jikkontesta għall-kariga.

Taħt il-Presidenza tas-Sur Buġeja l-MBSA għamel suċċessi kbar fosthom:

1) Ġew organizzati żewġ European Snooker tournaments, Teams, Masters u U/21 Championships.

2) Ġiet organizzata l-Ewwel World Snooker Federation Championship.

3) B’għajnuna tal-kooperazzjoni mill-Onor. Chris Agius, Clifton Grima u CEO ta’ SportMalta, Mark Cutajar, seħħet realtà l-ħolma li għall-ewwel darba, il-MBSA għanda Akkademja ‘state of the art’ li tinsab il-Ħamrun.

4) Saret qabża kbira finanzjarja eċċellenti, ġrazzi għal SportMalta u l-Kumitat Olimpiku Malti.

Is-Sur Buġeja huwa ukoll l-uniku Snooker Referee Examiner f’Malta u kien l-ewwel referee Internazzjonali Malti li irrefja l-Ewwel World Billiards Championship li ntlagħbet f’Malta fl-1970/71, fejn fost oħrajn irrefja plejers kbar bħal John Higgins u Mark Williams, filwaqt li fil-Billiards lil Michael Ferreria, Geet Sejti u diversi oħrajn.