Għawdex Lokali

Illum tingħata l-aħħar tislima lil Frederick Azzopardi

Aktar tard illum, fir-Rotunda tax-Xewkija, tingħata l-aħħar tislima lid-deputat Nazzjonalista Frederick Azzopardi. Il-funeral tiegħu jibda għall-ħabta tal-3:45pm permezz ta’ korteo lejn ir-Rabat Għawdex, biċ-ċerimonja funebri tibda għall-ħabta tal-4:30pm.

Dan is-sit se jkun qed jaġġornakom b’dak kollu li se jkun qed iseħħ f’Għawdex illum waranofsinhar.

Net News jestendi l-kondoljanzi lill-familja kollha ta’ Frederick Azzopardi.

Ritratt miġbud minn Roberto Runza