Internazzjonali

In-Nazzjonijiet Uniti: Ottimiżmu għal-Libja wara xhur ta’ konflitt

epa07489298 Vehicles and militants, reportedly from the Misrata militia, gather to join Tripoli forces, in Tripoli, Libya, 06 April 2019. According to reports, commander of the Libyan National Army (LNA) Khalifa Haftar ordered Libyan forces loyal to him to take the capital Tripoli, held by a UN-backed unity government, sparking fears of further escalation in the country. EPA-EFE/STRINGER

Ir-Rappreżentant tan-NU għal -Libja tinsab ‘ottimista’ dwar il-prospetti għal waqfien mill-ġlied f’dak il-pajjiż u li jista’ ikun ir-‘riżultat’ tat-taħditiet li għaddejjin bħalissa, f’Ġinevra, bejn id-delegazzjonijiet tan-naħat Libjani avversarji.

Wara jumejn ta’ taħditiet wiċċ-imb-wiċċ fin-Nazzjonijiet Uniti, l-avversarji Libjani li ilhom ix-xhur involuti f’konflitt ċivili qablu biex jiftħu rotot interni mill-art kif ukoll mill-ajru. It-taħditiet fl-Iżvizzera, li qed ikunu mfissra bħala ‘inkoraġġanti’, għandhom ikomplu sas-Sibt. Intant, ir-rappreżentanti Libjani rispettivi qablu wkoll biex jibqgħu jżommu l-kalma fl-artijiet tal-Libja li damu xhur konsekuttivi bħala zoni tal-gwerra.

Kien hemm anki qbil li jħares kontra ‘eskalazzjoni militari’ fil-Libja u   għal inizjattivi li jżidu l-produzzjoni taż-żejt minn dan il-pajjiż.

Min-naħa tagħha, Stephanie Williams, li tmexxi l-UN Support Mission in Libya (UNSMIL), qalet li l-entitajiet rivali tal-Libja laħqu qbil dwar diversi issues importanti b’impatt dirett fuq il-ħajja tal-poplu Libjan.

Williams esprimiet ukoll tamiet dwar ‘is-sens tal-impenn’ attwali rigward waqfien mill-ġlied fil-Libja li ilha mifnija minn konflitt mindu tqaċċat ir-reġim tal-eksdittatur Libjan, Muammar Gaddafi, fl-aħħar xhur tal-2011.