Formula 1 Sport

Lance Stroll ta’ Racing Point kien instab pożittiv għall-coronavirus wara l-Grand Prix tal-Ġermanja

Is-sewwieq tal-Formula 1 Lance Stroll ħabbar li ma kienx tellaq fil-Grand Prix tal-Ġermanja minħabba li ġurnata qabel ħassu ma jiflaħx. Dan irriżulta biex l-għada ħareġ pożittiv għall-coronavirus. Postu kien ħadu Nico Hulkenberg fejn kien temm fit-tmien post.

Lance Stroll kien irriżulta negattiv fit-testijiet ta’ qabel it-tellieqa, però ħarġulu s-sintomi s-Sibt u nstab pożittiv l-għada fil-ġurnata tal-Grand Prix.

Hu ħabbar din l-aħbar fuq il-midja soċjali, kif ukoll informa l-pubbliku li issa jinsab tajjeb u rkupra mill-coronavirus. Dan ifisser li se jirritorna għal Grand Prix ta’ tmiem il-ġimgħa ġewwa l-Portugall.