Lokali Parlament

Malta jeħtieġ tikseb appoġġ mill-UE dwar l-immigrazzjoni u tikkunsidra Brexit bħala opportunità

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-PN Bernard Grech appella lill-Prim Ministru biex fl-istrateġija tiegħu mal-UE dwar l-immigrazzjoni jassigura li Malta tikseb l-appoġġ meħtieġ u mhux jieħu atteġġjament konfrontazzjonali li ma jġibx riżultati pożizzjoni; dan filwaqt li għandu jassigura wkoll li Malta tikkunsidra Brexit bħala opportunità.

Din il-pożizzjoni l-Kap tal-PN esprimieha meta kien qed jitkellem fil-parlament dalgħodu wara stqarrija ministerjali mill-Prim Ministru Robert Abela li tkellem dwar l-aħħar laqgħat tal-Kunsill Ewropew li ddiskuta r-relazzjonijiet bejn l-UE r-Renju Unit, tibdil fil-klima, affarijiet barranin tal-UE, ir-relazzjonijiet tal-UE mal-Belarus, il-kontinent Afrikan u n-naħa t’isfel tal-UE.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech qal li, fuq livell Ewropew, is-sħubija fl-UE hi garanzija għall-aċċess tal-fondi f’dan is-settur tal-pandemija COVID-19. Hu qal li fil-kuntest tal-virus, l-UE se ssaqsi dwar l-isforzi fl-istati membri wara li qed tagħti dawn il-fondi. X’garanzija tajt lill-UE bħala Prim Ministru dwar kif Malta se twaqqaf il-virus?, staqsa l-Kap tal-PN lill-Prim Ministru.

Hu tkellem dwar id-dwana fil-kuntest ta’ Brexit u qal li l-UE kienet ipprearat checklist dwar ċertifikazzjoni u tabelli fuq prodotti u proċeduri tad-dwana. Il-gvern hu pperparat biex jassisti lin-negozji Maltin biex ilaħħqu mal-formalitajiet kollha speċjalment jekk ma jkunx hemm ftehim?

Il-Kap tal-PN kompla li l-UE qed tipproduċi materjal importanti biex tgħin f’dan ir-rigward iżda f’Malta dejjem serraħna fuq ir-relazzjonijiet mar-Renju Unit minħabba li ħafna negozji jagħmlu kummerċjalizzaw mar-Renju Unit. Hu qal li Malta għadha tbiddel Brexit f’opportunità u appella biex il-gvern ma jdumx biex iwettaq il-miżuri neċessarji.

Dwar l-Afrika, Bernard Grech qal li l-UE qed tassessja kull relazzjoni mal-kontinent Afrikan bil-kriżi tal-immigrazzjoni u sostna li l-gvern Malti mar Brussell bil-linja li Malta hi full-up u li se żżomm kull dgħajsa li tiġi; xemx jew xita.

X’inhi l-istrateġija tal-Gvern biex ikun hemm suċċess dwar dan mal-UE? Il-gvern ta garanzija li l-kollegi Ewropewj se jgħinuna f’din il-kriżi jew se jagħmel xi għamel meta ħalla għexieren ta’ immigiranti fuq il-baħar, lagħbha tal-bully iżda ġie b’idu vojta? staqsa l-Kap tal-PN

Id-deputat Nazzjonlista Carm Mifsud Bonnici staqsa x’inhuma l-prijoritajiet tal-gvern kemm dwar l-immigrazzjoni kif ukoll dwar Brexit.

Id-deputat Nazzjonalista David Thake tkellem dwar it-tibdil fil-klima u staqsa jekk il-Prim Ministru jaħsibx li kien ikun iktar għaqli li jiżdiedu inċentivi biex in-nies imorru għal sistema ta’ trasport elettriku jew bil-gass.

Id-deputat Nazzjonalista Herman Schiavone tkellem dwar l-immigrazzjoni rregolari u staqsa x’qed tagħmel l-UE b’mod konkret biex ikunu evitati l-imwiet fil-Mediterran. Dwar Brexit hu staqsa dwar id-diversi ftehim bilaterali u l-fatt li se jkun illegali li jsiru ftehim bilaterali mar-Renju Unit għalissa u jekk il-ftehim dwar il-kura tal-pazjenti Maltin fir-Renju Unit hux se jibqa’ fis-seħħ.

Id-deputat Nazzjonalista Ryan Callus staqsa dwar il-ftehim bejn l-UE u l-Unjoni Afrikana u dwar x’irnexxielu jikseb il-gvern Malti u jekk il-pajjiżi jkunux lesti li jaċċettaw lura immigranti li jkunu telqu minn pajjiżhom. L-UE għandha tkun għodda biex tissolva din il-problema. Hu staqsa dwar l-ekonomija l-ħadra u qal li fil-budget kienet immnedija l-iskema dwar iċ-charging tal-krozzi bil-lejl b’tariffa suppost irħas meta l-Enemalta tiċċarġa 11ċ iżda l-gvern issa qed jipproponi tariffa ta’ 13ċ.

Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg tkellmet dwar l-ugwaljanza u staqsiet fhix waslet l-istrateġija nazjzonali dwar l-ugwaljanza u x’wiegħed il-Prim Ministru lill-Ewropej dwar meta se tiddaħħal din l-istrateġija.

Il-Prim Ministru Robert Abela wieġeb li l-istratġeija nazzjonali dwar l-ugwaljanza hi fi stadju avvanzat u sostna li kull pajjiż għandu problemi identiċi dwar il-COVID-19. Hu appella biex ma jkunx hemm min jipprova jieħu vantaġġ politiku mill-COVID-19 u staqsa x’kienet tagħmel differenti l-Oppożizzjoni quddiem din l-isfida. Malta se tkun minn tal-ewwel biex ikollha l-vaċċin kontra l-COVID-19.

Dwar Brexit hu qal li Malta tinsab preparata għal kull xenraju bi djalogu mal-Kamra tal-Kummerċ.

Hu tkellem dwar l-immigrazzjoni u qal li d-diskussjoni mal-kontinent Afrikan ma tridx tkun biss fuq l-immigrazzjoni. Il-Libja trid li jkun hemm żieda fil-kummerċ, sostna l-Prim Ministru, li kompla li Malta ma tiflaħx iktar immigranti. Hu għamel distinjoni bejn ħaddiema barranin legali u l-immigranti rregolari li jidħlu Malta bla permess; Malta se tibqa’ tieħu pożizzjoni iebsa. Malta rnexxielha trażżan il-wasliet, sostna l-Prim Ministru.