Coronavirus Ewropa Internazzjonali

Mil-lejla jidħol fis-seħħ il-lockdown fl-Irlanda

Mil-lum se jidħol fis-seħħ lockdown ieħor fl-Irlanda dan hekk kif nhar it-Tnejn li għadda ir-Repubblika tal-Irlanda infurzat uħud mill-aktar restrizzjonijiet stretti tal-Coronavirus.

Il-Prim Ministru Micheal Martin ħabbar il-miżuri ġodda ta’ livell 5, wara li t-Tnejn it-Tim Nazzjonali ta’ Emerġenza tas-Saħħa Pubblika tal-Irlanda (NPHET) irreġistra 1,031 każ ġdid ta’ infezzjonijiet.

Il-miżuri l-ġodda se jidħlu mil-lum u se jibqgħu fis-seħħ għal sitt ġimgħat, biex issa l-Irlanda saret l-ewwel pajjiż fl-UE li se jerġa’ jidħol f’lockdown ieħor minħabba l-Covid-19.

Taħt il-kundizzjonijiet il-ġodda, ħwienet tal-bejgħ bl-imnut li mhumiex essenzjali għalqu l-bibien tagħhom, filwaqt li bars u ristoranti se jkunu ristretti li joffru biss servizz ta’ takeaway.