Lokali Parlament

Proposti għal investiment biex persuni nieqsa mid-dawl iħossu l-postijiet fil-pajjiż

Kevin Cutajar, PN

Id-deputat Nazzjonalista Kevin Cutajar ippropona li l-gvern jagħmel investiment f’mudelli li jitpoġġew barra postijiet storiċi u ta’ importanza nazzjonali biex il-persuni nieqsa mid-dawl jkunu jistgħu jħossu l-mudell u jifhmu kif inhuma l-postijiet.

Fl-Aġġornament fil-parlament Kevin Cutajar tkelelm dar id-diffikultajiet li jgħaddu minnhom il-persuni nieqsa mid-dawl biex jixtru l-propjetà u appella biex jittieħdu l-miżuri biex dan l-ostakli jkun mgħelub. Hu kompla li barra minn Malta f’postijiet ta’ wirt storiku jkun hemm mudelli biex il-persuni nieqsa mid-dawl jkunu jistgħu jħossu l-oġġetti biex b’hekk huma jkunu jistgħu jifhmu dak li huma ma jistgħux jaraw. Hu sostna li l-persuni nieqsa mid-dawl għandhom dritt ikollhom idea kif jidher il-wirt storiku tal-pajjiż.

L-inizjattivi li saru kienu biss fuq bażi volontarja fosthom fis-Santwarju ta’ Pinu, esebizzjonijiet ta’ skulturi li fihom il-persuni nieqsa mid-dawl tħallew imissu l-iskulturi b’idejhom biex iħossu l-arti.

Id-deputat Nazzjonalista qal li ħafna persuni nieqsa mdid-awl ma jafux kif jidhu ċertu oġġetti u qal li hu ma jaf kif jidher il-parlament. Hu ppropona li jsir mudell tal-parlament biex il-persuni nieqs mid-dawl ikunu jistgħu jħossuh u jifhmu kif dan jidher.

Kevin Cutajar tkellem dwar l-investiment mill-fondi Ewropej u ppropona li għandu jitwarrab porzjon żgħir beix isiru dawn il-mudelli għall-persuni nieqsa mid-dawl. F’pajjiżi barranin hemm anki mudelli ta’ bliet sħaħ minħabba l-persuni nieqsa mid-dawl biex b’hekk dawn jifhmu aħjar it-toroq u l-istess belt.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-persuni nieqsa mid-dawl iridu jużaw mezzi oħra biex jorjentaw ruħhom mal-postijiet.