Il-Pulizija tad-Distrett ta’ Tas-Sliema, dalgħodu arrestaw raġel ta’ 61 sena residenti n-Nadur, Għawdex, b’rabta mal-hit-and-run li seħħet ilbieraħ f’Tas-Sliema.
L-investigazzjonijiet wasslu biex ġiet identifikata l-vettura involuta fl-inċident, Ottawa YT30. Il-vettura instabet f’Għawdex u x-xufier ġie arrestat f’Għawdex ukoll.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>