Raġel ieħor imut b’kawża tal-Covid-19

Pajjiżna qed jibki vittma oħra tal-Covid-19… is-47 persuna… hekk kif fl-aħħar sigħat miet raġel ta’ 68 sena. Ir-raġel iddaħħal l-Isptar Mater Dei fis-27 ta’ Settembru u ġie kkonfermat pożittiv għall-Covid-19 dakinhar stess. Huwa baqa’ jingħata kura fit-Taqsima tal-Kura Intensiva fl-Isptar Mater Dei fejn miet l-Erbgħa.