Fl-ewwel partita ta’ Grupp B taċ-Champions League, Real Madrid sfaw maħsuda minn Shakhtar Donetsk, u tilfu 3-2. Shakhtar iddominaw l-ewwel taqsima, u sal-mistrieħ kienu diġa jinsabu 3-0 favurihom. TETE fetaħ l-iskor fid-29 minuta, segwit minn awtogowl ta’ Raphael VARANE, u Manor SOLOMAN għamilhom tlieta fit-42 minuta. Fit-tieni taqsima, t-tim ta’ Zinedine Zidane ħarġu iżjed determinati. Fl-54 minuta, Luka MODRIC skorja l-ewwel gowl għal Real Madrid, u ħames minuti wara, VINICIUS Junior naqqas id-distakk u qajjem il-possibilità ta’ rimonta. Fl-aħħar minutit tal-partita, Federico Valverde ġab id-dro, iżda kienet ferħa bla temma bir-referee jħassar il-gowl.
Fil-partita l-oħra, Salzburg kienu miżmuma fi dro ta’ 2-2 minn Lokomotiv Moskow, b’gowls skorjati minn SZOBOSZLAI u JUNUZOVIC għal Salzburg u EDER u LISAKOVICH għar-Russi.
//= $special ?>