Lokali Unjoni Ewropea

Roberta Metsola nominata għall-Viċi Presidenza tal-Parlament Ewropew

Il-Partit Popolari Ewropew innomina lill-MEP Maltija Roberta Metsola għall-irwol ta’ Viċi President fil-Parlament Ewropew.

F’messaġġ fuq il-media soċjali, il-Kap tal-PN Bernard Grech qal li Roberta Metsola ġiet nominata għall-pożizzjoni influwenti tal-Ewwel Viċi President tal-Parlament Ewropew – b’riżultat ta’ 65%.

“Huwa ta’ unur kbir għal pajjiżna u għall-Partit Nazzjonalista li mara minn Malta u Għawdex kisbet din il-fiduċja mill-akbar Grupp fil-Parlament Ewropew. Din hi kisba storika – aħna kburin bik. Malta kburija bik”, stqarr Bernard Grech.