Lokali

‘Rota’: l-isem il-ġdid tal-Bicycle Advocacy Group

Il-Bicycle Advocay Group, l-NGO f’Malta li tippromwovi ċikliżmu sigur fit-toroq Maltin, għamlet rebranding fejn issa l-grupp se jkun jismu ‘Rota’.

‘Rota’, kelma Maltija qasira, issa hija sinonima ma’ din l-NGO. Kelma li għandha tifsiriet doppji, ir-rota (bicycle) u r-rota (wheel), li ddur madwar l-oġġetti fiċ-ċentru tal-attivitajiet tagħna.

L-identità viżwali l-ġdida ta’ din l-NGO tintervja mal-valuri tas-sostenibbiltà, il-mobilità mal-element uman. Il-log jintegra dawn it-3 elementi ewlenin: “S” għas-sostenibbiltà, nofsu mdawwar, jifforma r-roti, filwaqt li “R” wieqaf għal Rota, jifforma l-qafas. Il-logo kollu kemm hu, ippreżentat bl-użu ta’ kuluri kemm sħan kif ukoll kesħin, juri persuna ordinarja fuq rota, u b’hekk jenfasizza ċ-ċentralità taċ-ċiklist. “Aħna nemmnu li din il-bidla se tagħti dimensjoni ġdida lil xogħolna u tgħinna nikkollegaw u nikkomunikaw il-kawża tagħna ma’ aktar nies.”