Futbol Sport

Tasal l-ewwel telfa għal Ħamrun Spartans

(Ritratt: Dominic Aquilina)

Rowen Camilleri

ĦAMRUN S……….0

BIRKIRKARA……2

Ħamrun S: P. Sanchez, M. Guillaumier, J. Mbong, I. Iriberri (A. Oyama 67’), F. Sassere, I. Adeshina (D. Borg 67’), V. Serrano, J. Corbalan, K. Micallef, M. Barbosa, E. Marcelina

Birkirkara: A. Guarnone, P. Mbong, Y. Yankam (K. Zammit 74’), R. Briffa, A. Mbu, F. Falcone (A. Camilleri 90’), F. Verde, C. Attard, C. Bonanni, A. De Paixao (L. Montebello 71’), I. Ntow

Imwissija: P. Mbong 17’ (B), J. Corbalan 20’ (Ħ),

Skorjaw: Y. Yankam 8’, F. Falcone (B)

Referee: Malcolm Spiteri

Assistenti Referees: Christopher Francalanza u Mark Ciantar

In-Nazzjon Plejer tal-logħba: Roderick Briffa (Birkirkara)

BOV Plejer tal-logħba: Paul Mbong (Birkirkara)

Ħamrun Spartans soffrew l-ewwel telfa tal-istaġun meta fl-Istadium Nazzjonali sfaw megħluba minn Birkirkara bl-iskor ta’ 2-0. Minn naħa tagħhom l-Istripes irreġistraw l-ewwel rebħa tagħhom minn ħames logħbiet wara li kienu ġejjin minn erba’ telfiet u dro.

Wara tmien minuti Birkirkara marru fil-vantaġġ meta l-korner ta’ Paixao sab lil Bonanni li d-daqqa ta’ ras tiegħu habtet mal-mimduda bil-ballun jiġi fuq ras- YANNICK YANKAM li tefa’ fix-xibka. Kelna nistennew sas-27 minuta sakemm rajna azzjoni meta l-eks Matthew Guillaumier inkariga minn free-kick fejn tefa’ kross lejn Serrano Valero iżda d-daqqa ta’ ras ta’ dan tal-aħħar għaddiet barra. Fis-36 minuta Ħamrun marru viċin il-gowl tad-dro. Kien għall darba oħra free-kick ta’ Guillaumier li din id-darba sab lil Marcelina fil-kaxxa li bir-ras impenja lil Guarnone li b’diffikultà dawwar f’korner. Żewġ minuti wara Birkirkara għoddhom għamluhom tnejn meta minn azzjoni personali Federico Falkone ra l-konklużżjoni tiegħu taħbat mal-wiefqa. Fit-43 minuta Ħamrun reġgħu marru viċin meta Sassere rċieva mingħand Adeshina, avvanza iżda Guarnone kien attent u wettaq save tajjeb.

Fl-ewwel azzjoni tat-tieni taqsima Birkirkara rduppjaw meta fit-58 minuta Paul Mbong ħarab mix-xellug u wara li qabeż lil Marcelina fil-kaxxa prova konklużżjoni u ma’ laqatx tajjeb il-ballun iżda fortunatament għaliħ il-ballun ġie għand FEDERICO FALCONE li b’lasta vojta tefa’ ġewwa. Fil-75 minuta kross ta’ Darren Borg għal Ħamrun, N’Tow ma’ laqatx il-ballun, jinżel f’saqajn Corbalan li minn quddiem il-goalkeeper tefa’ barra. Fl-aħħar azzjoni tal-logħba Marcelo Barbosa daħal fil-kaxxa iżda l-konklużżjoni tiegħu għaddiet ftit barra.