Futbol Sport

Tkompli l-mixja pożittiva ta’ San Ġwann

Naxxar……………1

San Ġwann……..2

Naxxar: O. Borg, J. Sciberras (S. Meilak 85’), R. Mercieca, A. Azzopardi, M. Fenech, M. Mifsud, N. Borg, E. da Silva Ferreira, RG Cassar, J. Ellul, A. Viveros Tenorio

San Gwann: C. Formosa, J. Bowman, C. Gauci, O. Spiteri, C. Attah, A. Zammit, C. Omoruanzoje, D. Mifsud (D. Fava 72’), C. Gauci, U. Calistus (L. Mallia 81’), G. Pace

Referee: Philip Farrugia

Naxxar soffrew it-tieni telfa konsekuttiva tagħhom dan l-istaġun meta sfaw megħluba minn San Ġwann bl-iskor ta’ 2-1. Il-logħba kienet waħda ferm movimentata speċjalment fit-tieni taqsima, pero kumplessivament San Ġwann kienu aħjar mill-avversarji u ħolqu ħafna aktar ċansijiet ta’ skor, bir-riżultat ikun wieħed ġust.

San Ġwann fetħu l-iskor wara biss 3 minuti logħob f’azzjoni ferm veloċi bejn Dale Mifsud u Chibueze Attah, b’dan tal-aħħar jgħeleb lil Omar Borg b’xut b’saħħtu minn taf il-kaxxa. Huma rduppjaw l-iskor għaxar minuti wara meta wara li rċieva mingħand Uchenna, kien Andrea Zammit, li kellu partita tajba ħafna għal San Ġwann, li qabbeż il-ballun minn fuq il-gowlkiper għar-rokna tax-xibka.

L-isforzi ta’ Naxxar ġew ippremjati fis-66 minuta meta Mark Fenech għadda tajjeb lejn Ferreira da Silva li qabbeż il-ballun minn fuq il-gowlkiper u kkonkluda fix-xibka b’xutt mill-isbaħ.

San Ġwann kellhom risposta immedjata, meta żewġ minuti wara, xutt minn tarf il-kaxxa ta; Andrea Zammit fil-baxx ġie salvat tajjeb mil-gowlkiper.

Naxxar kellhom ċans tad-deheb li jiksbu draw ferm importanti, meta Glen Pace deher iwaqqa’ lil Andres Tenorio fil-kaxxa, bir-referee jsaffar għal penalty. Mill-ħdax-il metru, il-gowlkiper Cain Formosa salva tajjeb ix-xutt ta’ Ferreira da Silva.San Ġwann setgħu għalqu l-partita għaxar minuti mit-tmiem meta wara ħarba tajba, Attah Chibueze qabeż saħansitra lill-gowlkiper, iżda xxutja għoli ħafna f’lasti vojta.