Futbol Sport

Tripletta ta’ Degabriele ddawwar telfa f’rebħa

(Ritratt: Joe Borg)

Andrea Coleiro

MOSTA………………..2

HIBERNIANS……….3

Mosta: S. Bitseki, E. Ememe, J. Bezzina (73 M. Attard), D. Bonnici (63 Spiteri), C. Failla, T. Farrugia, M. Muchardi, R. Morisco, B. Kaljevic, K. Tulimieri (73 Z. Brincat), R. Ekani

Hibernians: M. Calleja, F. Apap, L. Da Silva, J. Grech, J. Degabriele, B. Kristensen, D. Vella, G. Izquier, S. Shola, A. Aguis, W. Teixeira

Imwissija: R. Morisco 10′ (M), S. Shodiya 12′ (H), B. Kristensen 49′ (H), A. Spiteri 78′ (M), F. Apap 78′ (H)

Skorjaw: B. Kaljevic 7′ (M), J. Degabriele 15′ (H), B. Kaljevic 43′ (M), J. Degabriele 44′ (H),J. Degabriele 69′ (H)

Referee: G. Tonna

Assistent Referee: E. Spiteri, D. Stankovic

Hibernians ħarġu rebbieħa fil-konfronta ma’ Mosta permezz ta’ tripletta ta’ Jurgen Degabriele fis-Centenary Stadium.

Mosta fetħu l-iskor wara biss sitt minuti, meta wara żball fid-difiża ta’ Hibernians, kien Bojan KALJEVIC li nterċetta l-ballun u b’xutt b’saħħtu minn barra l-kaxxa għeleb Calleja Cremona.

Żewġ minuti wara, u Hibernians ingħataw penalty. Dan wara korner ta’ Hibernians ħabat ma’ id wieħed mid-difensuri ta’ Mosta, b’Jake Grech inkariga ruħu mill-11-il metru iżda x-xutt ħabat mal-wieqfa.

Fil-kwarta logħob, Hibernians skorjaw il-gowl tad-dro. Attakk minn fuq il-lemin ra l-kross ta’ Grech jasal għand Jose Texeira li bir-ras niżżel lil DEGABRIELE u minn taħt il-lasta ma żbaljax.

Mosta reġaw marru fil-vantaġġ ftit minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima. Kienu Hibernians li għal darb’oħra żbaljaw fuq wara b’pass ħażin ta’ Grech, b’KALJEVIC intervjena u waħdu mal-gowlkiper għamel id-doppjetta.

Risposta immedjata ta’ Hibernians qabel il-mistrieħ. Kien Grech li tefa’ kross preċiż fil-kaxxa b’DEGABRIELE f’pożizzjoni komda tefa’ faċilment fix-xibka.

Fil-51 minuta, Hibernians marru viċin għal gowl wara li rabuxxata ta’ Andre Aguis ġiet milqugħa minn Yves Moto.

Fid-69 minuta, Hibernians marru għall-ewwel darba fil-vantaġġ. Pass preċiż ta’ Dunstan Vella bejn id-difiża ta’ Mosta ġab lil DEGABRIELE waħdu li b’xutt tajjeb ikkonkluda u għaqqad it-tripletta

Kwarta qabel tmiem il-partita, xutt minn barra ta’ Andrei Spiteri ta’ Mosta kien dgħajjef bil-ballun wasal għand Tyrone Farrugia u bid-dawra kkonkluda, iżda l-linesman immarkaħ f’pożizzjoni rregolari.

Zachary Brincat mar viċin li jġib id-dro għal Mosta, wara li xutt minn barra ġie devjat, bil-gowlkiper Calleja Cremona nqabad barra iżda xorta waħda salva tajjeb.