Coronavirus Lokali

111-il każ ġdid ta’ Coronavirus f’pajjiżna fl-aħħar 24 siegħa

111-il każ ġdid ta’ Coronavirus f’pajjiżna fl-aħħar 24 siegħa jkomplu jtellgħu l-ammont ta’ każi pożittivi u attivi f’pajjiżna. Meta wieħed inaqqas lil dawk li fiequ u lid-49 persuna li sfortunatament mietu, issa jsib li l-każi attivi issa splodew ‘il fuq għal 1,708.

Fuq Facebook, il-Ministeru tas-Saħħa spjega li mill-każi mħabbra t-Tlieta, wieħed kien impurtat, 14 minn qraba tal-familja ta’ każi magħrufin qabel, 10 li kienu f’kuntatt ma’ kollegi, 13 li kienu f’kuntatt dirett u wieħed minn attivitajiet soċjali.