Il-Ministru responsabbli mill-Kunsilli Lokali, mistoqsi għaliex il-Gvern jidher li qed ikompli bil-politika tiegħu lil l-istituzzjonijiet lokali, qalilna li meta wieħed iħares lejn il-Budget li għadu kemm tħabbar jara li ‘hemm ammont’ ta’ flus allokati. Meta l-verita hi li l-Budget għall-Kunsilli ma żdiedx.
Jidher li dan l-ammont baqa’ fl-istess ilma ta’ budgets preċedenti tal-Gvern Laburista, u li tnaqqsu drastikament, biex is-saħħa li kellhom il-Kunsilli ħafna minnha reġgħet inħatfet mill-Gvern ċentrali.
Staqsejna wkoll lill-Ministru Herrera dwar id-diffikultajiet li qed ikomplu jiffaċċjaw dawn il-Kunsilli meta jkollkom ilmenti mad-dipartimenti tal-Gvern. Herrera wieġeb li kritika jkun hemm dejjem.
Il-Ministru Jose Herrera żeffen ukoll il-pandemija u ma setax jonqos li jsemmi il-ġbir tal-iskart, iżda mistoqsi kif sentejn wara li beda jsir il-ġbir tal-isktar organiku b’boroż separat, dan, f’xi każi, għadu qed jitħallat fl-iscammels, biex l-isforzi tal-familji Maltin qed jisfumaw fix-xejn, hu qal li l-iskema għadha mhux taħdem sew.
//= $special ?>