Internazzjonali

Dimostranti jinqatlu waqt protesta fin-Niġerja

Mill-inqas 12-il persuna ġew maqtula u mijiet oħra feruti wara ordni mill-Gvern Niġerjan biex il-pulizija jisparaw fuq id-dimostranti li kienu qed jirribellaw kontra l-pulizija.

Id-dimostranti niżlu fit-toroq ta’ Lagos it-Tlieta filgħaxija, bi gruppi tad-drittijiet umani qed jakkużaw lill-Pulizija li użaw forza eċċessiva …b’riżultat li swew il-ħajjiet tan-nies.

Il-protesti ilhom għaddejjin ġimagħtejn wara li hareg filmat juri Pulizija qed sawwat raġel. Matul dawn l-aħħar ġranet, mill-inqas 56 persuna tilfu ħajjithom kaġun tal-ġlied li qed jinqala bejn id-dimostranti u l-Pulizija.