Lokali Parlament

Electrogas tħallsu €16-il miljun għax il-gvern approva l-faċilità bankarja

Therese Comodini Cachia, PN

Id-deputat Nazzjonalista Therese Comodini Cachia tkellmet fil-parlament dwar is-success fees u qalet li l-kumpanija Electrogas għamlet €16-il miljun għax il-gvern tahom il-garanziji mitluba mill-bank.

Hi sostniet li l-faċitità bankarja nħarġet biss għax il-gvern ta garanzija bankarja iżda hekk kif din kienet approvata, l-azzjonisti tal-Electrogas ħadu €16-il mijun għax irnexxielhom iġibu l-faċilità bankarja mill-banek.

Il-Gasoil f’Diċembru 2014 ħadet €2 miljuni u Gem Holdings – tal-familji Fenech, Apap Bologna u Gasan – tħallset ukoll €2 miljuni; l-istess kumpanija f’Ġunju 2015 tħallset €4 miljuni u magħhom żiedet it-talba għal €750,000 VAT. Siemens f’Lulju ħadu €4 miljuni waqt li Socar f’Lulju ħarġu wkoll invoice ta’ €4 miljuni. Dawn tħallsu biss għaliex il-gvern approvat li l-poplu jagħmel tajjeb għall-faċilità bankarja tal-investituri.

Id-deputat Nazzjonalista staqsiet għaliex kien hemm il-biża’ mill-Eletrocogas biex dawn ma jissejħux ħlasijiet ta’ suċċess iżda ħlasijiet taż żvilupp. Dan għaliex il-Kummisjsoni Ewropea jew il-gvern jindunaw li se jdaħħlu l-flus f’buthom.

Hi kompliet li s-€16-il miljun tniżżlu bħala re-construction jew development costs. Fit-12 ta’ April 2016 lill-Oxera u lill-gvern Malti ma qalulhom xejn dwar dawn il-flus. Il-Kummissjoni Ewropea ma tafx dawn il-ħlasijiet u l-ħtija tista’ titpoġġa fuq il-poplu Malti.

Therese Comodini Cachia qalet li l-gvern ħafer €40 miljun lill-Electrogas fejn jirriżulta minn emails ta’ Lulju 2017 li Fredrick Azzopardi kellu jingħata struzzjonijiet minn Konrad Mizzi l-ewwel, għax Azzopardi kien qed jirrifjuta li jċedi l-€40 miljuni.