Sport Sport Ieħor

Elusive 2 iddikjarat rebbieħ tal-41 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race

(Ritratt: RMYC/ Maria Vella-Galea)

Kmieni waranofsinhar, l-ekwipaġġ ta’ Elusive 2 kien iddikjarat ir-rebbieħ tal-41 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race għat-tieni sena konsekuttiva.

L-ebda dagħjsa li għad fadal biex tidħol ma tista’ ttejjeb il-ħin ta’ Aaron, Christoph u Maya Podesta li ffurmaw l-ekwipaġġ ta’ Elusive 2. Ir-Rolex Middle Sea Race bdiet nhar is-Sibt li għadda bit-tluq mill-Port il-Kbir, bl-ewwel dgħajjes bdew jidħlu lura lbieraħ.

F’kummenti wara li kienu dikjarati rebbieħa, Christoph qal li għalijhom li rnexxielhom jirbħu din it-tellieqa għat-tieni darba konsekuttiva hija xi ħaġa kbira. Maya, memberu ieħor tal-yachy Elusive 2 ddeskriviet l-esperjenza bħala waħda surreali u li ħadmu għal ħinijiet twal fuq id-dgħajsa tagħhom. Aaron qal li r-Rolex Middle Sea Race hija sfida kbira kemm fiżikament kif ukoll mentalment.