Għawdex Lokali

Għawdxi bi ġrieħi serji wara li ntlaqat minn injama

Raġel iddaħħal b’urġenza fl-isptar Ġenerali t’Għawdex wara li aktar kmieni waranofsinhar sofra ġrieħi serji.

Jidher li r-raġel weġġa’ għall-ħabta tat-2.45pm meta kien qed jaħdem f’garaxx f’Wied Sara, fl-Għasri. Hu mifhum li r-raġel intlaqat minn biċċa
njama li taret minn magna li kien qed jaħdem biha.

Fil-post issejjaħ tim mediku li taw l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lill-vittma l-isptar għall-kura meħtieġa. Hu kien iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa, Simone Grech, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.

L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.