Formula 1 Sport

Grosjean u Magnussen se jħallu lil Haas fi tmiem l-istaġun

(Ritratt: Formula 1)

Haas ħabbru li s-sewwieqa tagħhom Romain Grosjean u Kevin Magnussen se jkunu qed iħallu lit-tim fi tmiem l-istaġun. Dan huwa d-disa’ staġun ta’ Grosjean fil-Formula 1 u ssieħeb ma’ Haas fl-2016.

Magnussen minn naħa tiegħu għamel id-debutt tiegħu fil-Formula 1 fl-2014 ma’ McLaren u ssieħeb ma’ Haas fl-2015 fejn flimkien ma’ Grosjean irnexxielhom jiksbu l-ħames post fil-klassfika tal-kostrutturi fl-2018.

Għad irid ikun magħruf minn se jieħu post dawn iż-żewġ sewwieqa fl-istaġun li ġej u ma min se jkunu qed isuqu dawn is-sewwieqa bil-probabilità tkun li wieħed minn dawn is-sewwieqa jispiċċa mingħajr tim fl-istaġun li jmiss.