Lokali Parlament

Il-gvern irid jibqa’ jgħatti l-korruzzjoni tal-Electrogas

Ryan Callus, PN

Id-deputat Nazzjonalista Ryan Callus tkellem fil-parlament sostna li l-gvern irid jibqa’ jgħatti l-korruzzjoni tal-Electrogas.

Hu tkellem dwar ir-raġunijiet kif il-kontijiet tal-enerġija jistgħu jorħsu u qal li l-Enemalta, b’mod dubjuż u kontra l-interess tal-konsumaturi Maltin, rabtet lilha nnifisha li tixtri 85% tal-enerġija ġġenerata u tal-gass ipprovdut mill-Electrogas.

L-Enemalta ħallset aktar minn €10 miljuni fuq 35 ġimgħa meta b’mod dubjuż xtrat l-enerġija mill-Electrogas, li kien ħafna ogħla mill-enerġija disponibbli mill-interconnector, kif stabbilit u kkonfermat mill-Awditur Ġenerali

Iż-żjara tal-Prim Ministru Joseph Muscat fl-Ażerbajgan ma’ Keith Schembri u Konrad Mizzi bl-ebda uffiċjal tas-servizz pubbliku u miedja preżenti għall-iffirmar ta’ fehim bejn l-Enemalta u Electrogas Malta Limited obbligat ruħha li kull sena tixtri b’kemm jiswew €131 miljun f’gass LNG mingħand il-kumpanija Electrogas Malta Limited li da parti tagħha tixtri l-istess gass LNG mingħand il-kumpanija tal-Istat tal-Ażerbajgan, is-SOCAR. Minflok xtrajna direttament mingħand il-produttur kieku l-pajjiż ħallas €91 miljun inqas.

Ryan Callus kompla li jirriżulta mill-Panama Papers li l-kumpaniji sigrieti Hearnville u Tillgate li jappartjenu lill-eks Ministru Konrad Mizzi u Keith Schembri, kienu l-benefiċjarji ta’ dħul finanzjarji mill-kumpanija 17 Black, u li l-propjetarju tagħha huwa Yorgen Fenech; korruzzjoni ta’ €5,000 kuljum.

Hu qal li l-Enemalta daħlet responsabbli biex tassorbi €40 miljun f’taxxa tas-sisa li suppost kellha titħallas mill-kumpanija Electrogas Malta Limited

Il-kumpanija Enemalta b’mod sigriet u abbużiv ikkonċediet lill-kumpanija Electrogas Malta Limited posponiment ta’ 18-il sena biex l-istess kumpanija tħallas €18-il miljun f’danni dovuti lill-Enemalta.

Ryan Callus tkellem dwar l-irregolaritajiet u qal li l-persuna li mexxiet l-evalwazzjoni fir-raba’ stadju ta’ aġġudikazzjoni dwar l-offerta ppreżentata mill-kumpanija Electrogas Malta Limited dwar il-proġett tal-power station tal-Electrogas kien Brian Tonna, il-Managing Partner tad-ditta Nexia BT.

Il-Gvern ta garanzija għall-ammont ta’€360 miljun b’rabta mal-proġett tal-power station tal-Electrogas u kemm l-Awditur Ġenerali kif ukoll is-Segretarju Permanenti fil-Ministru tal-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji stqarrew li kienet waħda ta’ riskju kbir li ma kellux jittieħed mill-Gvern Malti. Minnhom tħallsu €16-il miljun success fee, fosthom €2.5 miljuni lil Yorgen Fenech

Il-Gvern baqa’ jirrifjuta li jippubblika d-dokumenti kollha fl-intier tagħhom u mingħajr ebda ċensura dwar il-bini tal-power station tal-Electrogas waqt li jeżistu suspetti raġjonevoli li l-proġett tal-power station tal-Electrogas kien proġett li kien ġie miftiehem qabel l-elezzjoni ġenerali tal-2013 bejn it-tmexxija tal-Partit Laburista u l-individwi u kumpaniji kif konfermat mill-Awditur Ġenerali.

L-Awditur Ġenerali kkonkluda li numru ta’ domandi b’rabta mar-reviżjoni tal-kundizzjonijiet u l-implimentazzjoni tal-kuntratt, kif ukoll kwistjonijiet marbuta mal-użu tal-interconnector, magħmula lill-partijiet involuti baqgħu mhux imwieġba.

Hemm nuqqas ta’ cost benefit analysis dwar kienx jaqbel li l-power station tal-Electrogas titmexxa mill-Enemalta wara li tinbena minflok mill-privat bi spejjeż ogħla li jsarfu f’kontijiet ogħla.