Internazzjonali

Il-Polonja trid tipprojbixxi l-abbort

Il-Qorti Kostituzzjonali fil-Polonja tinsab qrib li toħroġ deċiżjoni li kapaċi twassal għall-projbizzjoni totali tal-abbort fil-pajjiż.

Il-liġi fil-Polonja hi waħda mill-iżjed stretti fl-Ewropa, bl-abbort bħalissa aċċettat biss f’każ ta’ stupru, jekk saħħet l-omm tinsab f’riskju jew jekk it-tarbija se titwieled b’diżabbiltà severa.

Gruppi tad-drittijiet tal-bniedem qed iħeġġu lil min hu responsabbli biex ma jiżdidux ir-restrizzjonijiet legali fil-pajjiż.

Jekk tgħaddi din il-liġi l-ebda abort ma jkun permessibbli.