Lokali Parlament

Jeħtieġ inkjesta biex toħroġ il-verità dwar il-korruzjzni tal-Electrogas u l-power station

  • Karol Aquilina, PN

Id-depuitat Nazzjonalista Karol Aquilina qal li l-parlament għandu opportunità biex toħroġ il-verità dwar l-Electrogas u l-power station.

Fil-parlament hu qal l-mozzjoni biex isisr inkjesta pubblika dwar dan il-każ ftit tressqu bħalha fil-parlament biex issir inkejsta pubblika dwar proġett mifni bl-akbar korruzzjoni fil-pajjiż. Hu sostna li l-Prim Ministru qed ikun mitlub li fi żmien ħmistax jaħtar bord ta’ inkjesta skont liġi li hi fis-seħħ.

Il-bord qed ikun mitlub li jeżamina l-proċessi u azzjonijiet politiċi, amministrattivi u kummerċjali u x’abbużi saru, x’kienu n-nuqqasijiet u xi ksur ta’ liġi sar. Talbiet oħra biex il-bord jistabilixxi l-ismijiet tal-persuna responsabbli għal dawn id-deċiżjonijiet, il-kompliċità li seħħet u li jsiru r-rakkomandazzjonijiet li jħossu xierqa.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-bord tal-inkjesta se jkollu l-poter li jistabilixxi l-verità dwar il-bord li tant instema’ dwaru sa minn tmien snin; proġett li daru kien hemm konġura qabel l-elezzjoni ġenerali tal-2013. Irid ikun stabbilit min kienu n-nies involuti u x’interess kellhom ċertu persuni involuti.

Iċ-Chairman u l-membri tal-bord jingħażlu b’mozzjoni ta’ żewġ terzi tal-parlament waqt li r-rapport finalizzat għandu jasal għand l-Ispeaker u jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra biex ikun pubblikat bi trasparenza. L-inkjesta għandha tkun pubblika u tixxandar diretta bil-parteċipazzjoni tan-nies li segwu.

Hu qla li din hi ħtieġa kbira li għandu l-pajjiż llum, sostna Karol Aquilina, li kompla li l-Prim Ministru qed jiddikjara li l-istituzzjonijiet qed jaħdmu u li għalhekk m’hemmx ħtieġa li ssir din l-inkjesta.

Dan hu daħk fil-wiċċ għax l-istituzzjonijiet ma ħadmux dwar l-Electrogas għax kieku m’hemmx rapport tal-Awditur Ġenerali li ilu sentejn u l-gvern ma ħax passi fuqu, sostna Karol Aquilina. Dan ir-rapport fih akkużi ta’ imġieba ħażina; l-istituzzjonijiet qed jaħdmu biex jgħattu lill-gvern.

L-ebda istituzzjoni ma qalet ta’ min hi 17 Black, sostna Karol Aquilina, li kompla li dan hu gvern li jibża’ mill-inkjesti. Wara sentejn il-gvern aċċetta li ssir inkjesta dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Il-Prim Ministru jibża’ mill-inkjesti għax jibżgħu mill-verità.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-persuni kollha jridu jwieġbu u sostna li dna hu l-mument tal-prova għall-Prim Ministru u għall-gvern; issa ż-żmien li l-gvern jgħid li mhux se jaċċetta affarijiet bħal dawn u li huma favur il-verità kollha.

Il-Ministru Michael Farrugia jaf sew x’ġara iżda qatt ma jgħid x’ġara biex jibqa’ ministru; il-Ministru Edward Scicluna wkoll jaf u għalhekk issa jrid jeħles u jwarrab. L-Oppożizzjoni konvinta li trid toħroġ il-verità iżda l-gvern hu konvint li jekk din toħroġ ikun il-bidu tat-tmiem ta’ politiċi korrotti li ħakmu l-istituzzjonijiet tal-gvern u wasslu għall-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.