Lokali Qorti

Jitressqu l-Qorti tliet persuni dwar serq, hit and run u vjolenza

Illum, il-Pulizija ser tressaq tliet persuni, quddiem il-Maġistrat
tal-Għassa Nadine Lia b’allegazzjonijiet ta’ serq, hit and run u vjolenza.

Raġel ta’ 46 sena se jitressaq il-Qorti b’rabta ma’ serqa fuq anzjan waqt li kien ġo daru.

Raġel ieħor se jitressaq b’rabta ma’ Hit and Run li seħħet fil-Gżira, liema sewwieq ġie arrestat f’Għawdex wara li ħalla mara fil-periklu tal-mewt.

Persuna oħra se titressaq b’rabta ma’ attentat ta’ serqa minn residenza u vjolenza fuq uffiċjal pubbliku, fost oħrajn.