Futbol Sport

Malta l-aktar nazzjon li javvanza fir-rankings tal-FIFA

(Ritratt: Dominic Aquilina/MFA)

It-tim nazzjonali Malti kien l-aktar nazzjon li avvanza fir-rankings tal-FIFA wara li rnexxielu javvanza sitt postijiet biex mill-186 post issa jinsab fil-180 post.

Dan wara li fl-aħħar waqfa internazzjonali, Malta kisbet rebħiet kontra Ġibiltà f’partita ta’ ħbiberija, rebħa kontra l-Latvja u draw kontra Andorra f’żewġ partiti mill-UEFA Nations League.