Lokali

Mara titlef ħajjitha f’nirien fir-Rabat

Anzjana ta’ 74 sena tilfet ħajjitha wara li nirien li ħakmu r-residenza tagħha. Il-mara kienet tgħix waħedha.

L-inċident seħħ kmieni dalgħodu għall-ħabta tas-5.45am, fi Triq San Patrizju.

Il-Pulizija tad-Distrett tar-Rabat marru immedjatament fil-post flimkien ma’
membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

Tim mediku li wkoll mar fil-post, iċċertifikata lill-anzjana mejta. Hi nstabet fis-sular t’isfel ta’ darha.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa, Victor Axiaq, li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.