Futbol Sport

Marcello Lippi jirtira minn kowċ

(Ritratt: EPA)

L-eks kowċ internazzjonali Taljan, Marcello Lippi ħabbar li se jkun qiegħed jirtira mill-karriera ta’ kowċ fl-età ta’ 72 sena.

Lippi jibqa’ mfakkar għal mod ta’ kif bih kien rebaħ it-Tazza tad-Dinja tal-2006 meta kien fit-tmexxija tat-tim nazzjonali Taljan. “Matul il-karriera tiegħi fuq il-bank ta’ Juventus, it-tim nazzjonali Taljan u l-Guangzou Evergrande rbaħt kollox” tenna Lippi.

Lippi mexxa lil Juventus għar-rebħ ta’ tliet kampjonati, Coppa Italia, Champions League, Supercup u Tazza Intercontinentali bejn l-1994 u l-1999. Hu reġa mexxa lill-istess klabb bejn l-2001 u l-2004 fejn rnexxielu jirbaħ żewġ kampjonat u darbtejn is-Supercup Taljana.

Fl-Italja Lippi mexxa ukoll lil Cesena, Inter u Napoli qabel ma’ fl-2004 ħa t-tmexxija tat-tim Nazzjonali Taljan. Hu mexxa lit-tim nazzjonali taċ-Ċina qabel ma ħa t-tmexxija tat-tim Guangzou Evergrande fejn rebaħ tliet kampjonati, tazza nazzjonali u Champions League Asjatika.